Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Kabinett japprova trasferiment ta’ art ġdida lill-Malta Basketball Association biex l-atleti jgawdu minn iktar faċilitajiet sportivi

PR261309
Date Icon 05/08/2026

Art biswit il-Padiljun Sportiv f'Ta' Qali se tgħaddi għand il-Malta Basketball Association biex fuqha jiġu żviluppati faċilitajiet sportivi ġodda.

Din id-deċiżjoni tal-Kabinett tħabbret mill-Prim Ministru Robert Abela waqt laqgħa f'Kastilja mal-kategoriji differenti tat-timijiet nazzjonali tal-basketball li kollha għamlu suċċess storiku fil-Kampjonati Ewropej rispettivi tal-aħħar ftit ġimgħat.

Akkumpanjat mill-Ministru għall-Edukazzjoni u l-Isport Byron Camilleri, il-Prim Ministru ta rikonoxximent lill-atleti u l-istaff tekniku tat-timijiet nazzjonali tal-irġiel u n-nisa li t-tnejn rebħu l-Kampjonati Ewropej għall-Pajjiżi ż-Żgħar, kif ukoll lit-tim nazzjonali tat-tfajliet U18s u l-U16s li rebħu l-Kampjonati Ewropej rispettivi (Diviżjoni Ċ), u t-tim nazzjonali tal-ġuvintur U16 li ġie fit-tieni post tal-Kampjonat Ewropew (Diviżjoni Ċ).

Dr Abela qal li din hija konferma ta' kemm l-investiment fit-talent tal-atleti jagħti riżultati eċċezzjonali li jagħmlu lil pajjiżna tant kburi.

Il-Prim Ministru semma kif, sa mill-ewwel ġranet tiegħu, dan il-Gvern ta direzzjoni ċara li l-isport irid ikun fl-ogħla livell tal-prioritajiet tal-pajjiż.

Spjega kif inbidlet il-kultura li kienet teżisti f'pajjiżna u ż-żgħażagħ illum saru jemmnu li l-isport jista' joħloq karriera. Dan il-progress sar fost oħrajn bit-titjib fl-infrastruttura sportiva, kemm fid-dixxiplini tradizzjonalment meqjusa bħala kbar, kif ukoll fid-dixxiplini kkunsidrati bħala iżgħar f'livell ta' parteċipazzjoni.

Kien hawnhekk li Dr Abela ħabbar li, din il-ġimgħa stess, il-Kabinett tal-Ministri ddeċieda li jkompli jinvesti fil-basketball, permezz tat-trasferiment ta' art ġdida biswit il-Padiljun eżistenti, biex il-Malta Basketball Association tkun tista' ssaħħaħ il-faċilitajiet sportivi minn fejn l-atleti jkunu jistgħu jagħmlu l-qabża li jmiss.

“Nieħdu dawn id-deċiżjonijiet għax konvinti li dan il-pajjiż għandu atleti li huma kompetittivi internazzjonalment. Iva, minkejja d-daqs tagħna, kapaċi mmorru barra l-pajjiż u nirbħu," qal il-Prim Ministru.

Il-Prim Ministru temm jgħid li l-Gvern se jkompli jagħti din id-direzzjoni strateġika, iżda l-missjoni se jmexxuha l-isportivi bħala l-ambaxxaturi tal-valuri sbieħ li jagħti l-isport, bħall-integrità, id-dixxiplina, is-sagrifiċċju, u s-sens kollettiv ta' team spirit.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Kabinett japprova trasferiment ta’ art ġdida lill-Malta Basketball Association biex l-atleti jgawdu minn iktar faċilitajiet sportivi
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Kabinett japprova trasferiment ta’ art ġdida lill-Malta Basketball Association biex l-atleti jgawdu minn iktar faċilitajiet sportivi
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Kabinett japprova trasferiment ta’ art ġdida lill-Malta Basketball Association biex l-atleti jgawdu minn iktar faċilitajiet sportivi
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow