Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Il-penali minima tal-multi li jinħarġu fuq il-post (on-the-spot fines) se tirdoppja

PR261302
Date Icon 04/08/2026

B'Avviż Legali li se jiġi ppubblikat illum, il-penali minima tal-multi li jinħarġu u jitħallsu immedjatament fuq il-post (on-the-spot fines) se tirdoppja, minn €25 għal €50, jew il-piena minima li diġà tipprovdi l-liġi għal dak ir-reat, skont liema minn dawn tkun l-ogħla.

Dan ifisser li f'każijiet fejn il-liġi diġà tipprevedi piena minima ogħla, tibqa' tapplika dik il-piena, biex jiġi żgurat li ma tingħatax piena inqas minn dik li l-liġi tqis xierqa għar-reat.

B'hekk qed jissaħħaħ l-infurzar tal-liġi, titjieb il-konformità mar-regoli u l-pieni jkunu aktar ta' deterrent għal min ikun qed jaħseb li jikser il-liġi.

Dan l-Avviż Legali huwa marbut ma' dak li ħareġ fil-bidu tax-xahar li għadda li permezz tiegħu issa jistgħu jinħarġu multi li jitħallsu immedjatament fuq il-post (on-the-spot fines) minn persuni li mhumiex residenti f'Malta. Dawn il-multi jkopru reati minuri u kontravenzjonijiet.

B'hekk issa l-ħlas tal-multa jkun jista' jsir immedjatament fil-ħin tal-kontravenzjoni, u b'hekk jissaħħaħ l-infurzar tal-liġi. Fl-istess ħin, jekk persuna ma tħallasx il-multa, jinżammilha l-passaport jew id-dokument ta' vjaġġar.

Il-Ministru għall-Ġustizzja, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, Clifton Grima, tenna li anki dan l-Avviż Legali huwa pass ieħor lejn sistema ta' ġustizzja aktar effettiva u ġusta. Huwa tenna wkoll li, “Qed inkomplu nibnu qafas legali modern li jsaħħaħ ir-responsabbiltà u jżid il-fiduċja fis-sistema tal-ġustizzja."

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow