Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL Il-Biċċerija Pubblika terġa’ tilqa’ ċ-ċelebrazzjonijiet tal-Maltese Sausage Day

PR261295
Date Icon 01/08/2026

Nhar il-Ġimgħa 31 ta’ Lulju, il-Biċċerija Pubblika fetħet il-bibien tagħha għall-pubbliku għat-tieni edizzjoni tal-Maltese Sausage Day. Attività li kompliet tiċċelebra u tippromwovi wieħed mill-aktar prodotti tradizzjonali u identitarji tal-gastronomija Maltija, iz-zalzett Malti.

Matul il-ġurnata, il-viżitaturi setgħu jgawdu minn għażla vasta ta’ prodotti u riċetti bbażati fuq iz-zalzett Malti, ippreparati minn diversi entitajiet pubbliċi u privati. Fost dawn kien hemm ftajjar, wraps, pastizzi, burgers, pizza u diversi interpretazzjonijiet gastronomiċi oħra li wrew il-versatilità ta’ dan il-prodott tradizzjonali Malti.

Il-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u l-Provvista tal-Ikel Anton Refalo, li żar l-avveniment, qal li din l-attività kompliet tikkonferma kemm il-prodotti tradizzjonali Maltin għandhom potenzjal biex ikunu ċċelebrati u valorizzati permezz ta’ inizjattivi innovattivi. “Il-Maltese Sausage Day reġgħet tat prova ta’ kemm il-prodotti lokali tagħna għandhom valur u potenzjal. Permezz ta’ din l-attività komplejna nappoġġjaw lir-raħħala, lill-biċċiera u lill-industrija agroalimentari Maltija, filwaqt li saħħaħna l-identità gastronomika ta’ pajjiżna.

Id-Direttur Ġenerali tal-Biċċerija Pubblika Stefan Cachia qal li wara s-suċċess tal-ewwel edizzjoni, il-Biċċerija Pubblika kompliet tinvesti f’inizjattivi li jqarrbu aktar lill-pubbliku lejn il-prodotti lokali u jsaħħu l-kollaborazzjoni mas-settur privat. Dawn l-inizjattivi jkomplu jqiegħdu lill-Biċċerija Pubblika bħala ċentru ta’ promozzjoni tal-prodotti Maltin u ta’ appoġġ lejn il-produtturi lokali,” qal Stefan Cachia.

Matul l-attività ma naqasx divertiment mużikali, kif ukoll attivitajiet għall-familji u għat-tfal, li għamlu minn din il-ġurnata waħda ta’ ċelebrazzjoni għall-komunità kollha. Il-pubbliku kellu wkoll l-opportunità jiltaqa’ ma’ produtturi lokali u jiskopri aktar dwar il-kwalità, il-versatilità u t-tradizzjoni li hemm wara wieħed mill-aktar prodotti emblematiċi tal-gastronomija Maltija.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL Il-Biċċerija Pubblika terġa’ tilqa’ ċ-ċelebrazzjonijiet tal-Maltese Sausage Day
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL Il-Biċċerija Pubblika terġa’ tilqa’ ċ-ċelebrazzjonijiet tal-Maltese Sausage Day
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL Il-Biċċerija Pubblika terġa’ tilqa’ ċ-ċelebrazzjonijiet tal-Maltese Sausage Day
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow