Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ 184 vittma tal-vjolenza domestika bbenefikaw mill-apparat tal-Panic Alarm fl-ewwel sena

PR261290
Date Icon 31/07/2026

184 vittma tal-vjolenza domestika bbenefikaw mill-apparat tal-Panic Alarm matul l-ewwel sena minn meta ġiet introdotta din l-iskema mill-Gvern. Minn dawn, 179 kienu nisa u ħamsa kienu rġiel. F’16-il każ, il-vittmi ngħataw dan l-apparat aktar minn darba, filwaqt li f’Għawdex tqassmu 10 apparati, kollha lil vittmi nisa.

Dawn id-dettalji tħabbru waqt l-ewwel żjara uffiċjali tal-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà, Glenn Bedingfield, fl-Aġenzija għall-Vittmi tal-Kriminalità (Victim Support Agency – VSA), fejn iltaqa’ mat-tmexxija u l-professjonisti tal-aġenzija biex jiġi infurmat dwar il-ħidma tal-Aġenzija u s-servizzi offruti lill-vittmi tal-kriminalità.

Matul iż-żjara, il-Ministru kellu wkoll l-opportunità jiltaqa’ ma’ vittma tal-vjolenza domestika li bbenefikat mill-apparat tal-Panic Alarm, li spjegat kif din is-sistema mhux biss tagħti sens akbar ta’ sigurtà, iżda sservi wkoll bħala mezz importanti ta’ appoġġ u serħan il-moħħ f’mumenti ta’ riskju.

L-apparat tal-Panic Alarm jingħata lill-vittmi tal-vjolenza domestika li jagħmlu rapport mal-Pulizija u li, wara risk assessment professjonali, jiġu identifikati bħala persuni li jinsabu f’riskju għoli. Meta jiġi attivat, l-apparat jippermetti rispons immedjat mill-awtoritajiet, u b’hekk joffri saff ieħor ta’ protezzjoni lill-vittmi.

Waqt iż-żjara, il-Ministru Glenn Bedingfield faħħar il-ħidma tal-Aġenzija u qal li l-Gvern jibqa’ impenjat li jkompli jsaħħaħ il-protezzjoni u l-appoġġ lill-vittmi tal-kriminalità, b’mod partikolari lill-vittmi tal-vjolenza domestika.

"Il-protezzjoni tal-vittmi tibqa’ prijorità ewlenija. L-introduzzjoni tal-Panic Alarm kienet pass ieħor konkret biex nagħtu aktar sigurtà u serħan il-moħħ lil dawk li jkunu għaddejjin minn sitwazzjonijiet diffiċli. Flimkien mas-servizzi professjonali offruti mill-Aġenzija, din l-għodda qed tagħmel differenza reali fil-ħajja tan-nies," qal il-Ministru Bedingfield.

Il-Ministru rringrazzja wkoll lill-ħaddiema kollha tal-Aġenzija għall-professjonalità u d-dedikazzjoni tagħhom, filwaqt li sostna li l-ħidma tagħhom hija essenzjali biex il-vittmi jingħataw l-għajnuna meħtieġa tul il-proċess kollu.

L-Aġenzija għall-Vittmi tal-Kriminalità toffri firxa wiesgħa ta’ servizzi, fosthom informazzjoni dwar id-drittijiet tal-vittmi, appoġġ emozzjonali, pariri legali mingħajr ħlas, kif ukoll akkumpanjament waqt il-proċeduri fil-qorti. Mill-bidu tal-operat tagħha ħames snin ilu, l-Aġenzija wettqet aktar minn 7,000 intervent favur vittmi ta’ diversi reati.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija, Brian Farrugia, qal li l-għan ewlieni tal-VSA huwa li kull vittma tingħata l-appoġġ meħtieġ sabiex tħossok protetta u sostnuta tul il-proċess kollu.

“L-Aġenzija tappoġġa lill-vittmi tal-kriminalità f’kull pass, tgħinhom iħossuhom aktar siguri u tibqa’ f’kuntatt kontinwu mal-awtoritajiet permezz ta’ għodod diskreti bħall-Domestic Violence Panic Alarm. Din hija inizjattiva li qed tagħti aktar serħan il-moħħ lill-vittmi u tkompli ssaħħaħ il-protezzjoni tagħhom," qal is-Sur Farrugia.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ 184 vittma tal-vjolenza domestika bbenefikaw mill-apparat tal-Panic Alarm fl-ewwel sena
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ 184 vittma tal-vjolenza domestika bbenefikaw mill-apparat tal-Panic Alarm fl-ewwel sena
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ 184 vittma tal-vjolenza domestika bbenefikaw mill-apparat tal-Panic Alarm fl-ewwel sena
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow