Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Aktar għarfien dwar il-lingwa tas-sinjali biex tissaħħaħ l-inklużjoni

PR261288
Date Icon 31/07/2026

Fl-2025 id-Deaf & Hard of Hearing Unit tal-Aġenzija Sapport offra appoġġ lil 44 persuna neqsin mis-smigħ

Professjonisti minn Aġenzija Sapport attendew sessjoni ta’ taħriġ dwar il-lingwa tas-sinjali u l-kultura tal-persuni neqsin mis-smigħ, bħala parti mill-isforzi kontinwi sabiex jissaħħu s-servizzi ta’ inklużjoni u jitjieb l-aċċess għall-komunikazzjoni.

Is-sessjoni kienet immexxija minn Emma Ripard Xuereb mid-Deaf & Hard of Hearing Unit ta’ Aġenzija Sapport u għaliha attendew social workers, occupational therapists, membri tal-maniġment u professjonisti oħra tal-Aġenzija. It-taħriġ iffoka kemm fuq il-fehim tal-kultura tal-komunità ta’ persuni neqsin mis-smigħ, kif ukoll fuq aspetti prattiċi tal-Lingwa tas-Sinjali Maltija, bl-appoġġ tat-tim tal-interpreti tal-lingwa tas-sinjali.

Matul is-sessjoni, il-parteċipanti ngħataw għarfien dwar kliem bażiku bil-lingwa tas-sinjali maltija u kif jikkomunikaw b’mod aktar effettiv ma’ persuni neqsin mis-smigħ. Intwerew ukoll kif jistgħu jippromwovu ambjent aktar inklussiv kemm fis-servizzi professjonali kif ukoll fil-komunità. L-element prattiku tas-sessjoni introduċa wkoll termini bażiċi bil-Lingwa tas-Sinjali Maltija.

Id-Deaf & Hard of Hearing Unit ġie stabbilit lejn l-aħħar tal-2024 u beda jopera matul l-2025 bil-għan li jipprovdi sapport u gwida lil persuni neqsin mis-smigħ u lill-familjari tagħhom, filwaqt li jippromwovi l-użu tal-Lingwa tas-Sinjali Maltija. Is-servizz joffri sessjonijiet ta’ għarfien, interventi individwali u home visits imfassla skont il-bżonnijiet tal-persuna u tal-familja tagħha, sabiex jiżdiedu l-aċċessibilità u l-inklużjoni.

Fl-2025, is-servizz ta appoġġ lil 44 persuna neqsin minn smigħ. Matul din is-sena diġà saru sessjonijiet individwali u home visits ma’ studenti neqsin mis-smigħ, filwaqt li tmien sessjonijiet ta’ taħriġ ingħataw lil professjonisti ta’ Aġenzija Sapport. Sal-aħħar tas-sena huma ppjanati aktar sessjonijiet ta’ taħriġ, filwaqt li matul is-sajf ser isiru wkoll sessjonijiet għal studenti neqsin mis-smigħ u l-familji tagħhom, b’kollaborazzjoni mat-tim tal-interpreti.

Id-Deaf & Hard of Hearing Unit jaħdem ukoll mill-qrib ma’ entitajiet bħall-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (CRPD), il-Kunsill tal-Lingwa tas-Sinjali Maltija, id-Deaf People Association Malta (DPAM) u l-Fondazzjoni għall-Innovazzjoni fit-Teknoloġija Assistiva (FITA), sabiex ikompli jsaħħaħ is-servizzi u jindirizza l-bżonnijiet tal-persuni neqsin mis-smigħ permezz ta’ teknoloġija assistiva u inizjattivi oħra.

Waqt żjara matul waħda minn dawn is-sessjonijiet, il-Ministru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat Julia Farrugia saħqet li l-inklużjoni tibda minn komunikazzjoni aċċessibbli u minn professjonisti mħarrġa biex jifhmu u jirrispondu għall-bżonnijiet ta’ kull individwu. "L-inklużjoni vera ma tfissirx biss li noffru servizz, iżda li niżguraw li kull persuna tkun tista’ tikkomunika, tipparteċipa u tħossha parti mis-soċjetà. Permezz ta’ investiment fit-taħriġ tal-professjonisti u fis-servizzi speċjalizzati, qed nibnu sistema aktar sensittiva, aktar aċċessibbli u aktar qrib il-persuni neqsin mis-smigħ u l-familji tagħhom. Għalina, kull persuna tgħodd u ħadd m’għandu jitħalla lura,” spjegat il-Ministru Farrugia. Spjegat ukoll li fil-xhur li ġejjien se jibda proġett ta’ clips qosra online fuq livell nazzjonali. 

Il-Kap Eżekuttiv ta’ Aġenzija Sapport, Oliver Scicluna, sostna li inizjattivi speċjalizzati bħal dawn qed isaħħu u jikkumplimentaw is-servizzi offruti mill-Aġenzija. Huwa spjega li, permezz ta’ kollaborazzjoni kontinwa ma’ persuni li jagħmlu użu mis-servizzi kif ukoll ma’ entitajiet oħra, l-Aġenzija qed tkompli tiżviluppa mudell ta’ servizzi integrati li jtejjeb l-aċċess għall-komunikazzjoni u jsaħħaħ l-inklużjoni għal persuni b’diżabilità, filwaqt li jingħata sostenn lill-familjari u lill-professjonisti li jaħdmu magħhom.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Aktar għarfien dwar il-lingwa tas-sinjali biex tissaħħaħ l-inklużjoni
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Aktar għarfien dwar il-lingwa tas-sinjali biex tissaħħaħ l-inklużjoni
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Aktar għarfien dwar il-lingwa tas-sinjali biex tissaħħaħ l-inklużjoni
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow