Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Titlesta s-17-il triq residenzjali, Triq San Duminku, ir-Rabat, Għawdex

pr261285
Date Icon 31/07/2026

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri ħabbar li tlestew ix-xogħlijiet fi Triq San Duminku, ir-Rabat li timmarka tragward ieħor fl-implimentazzjoni tal-miżura tal-Budget 2026 li permezz tagħha l-Ministeru għal Għawdex qed iwettaq il-proġett ta' 100 triq residenzjali fi tliet snin.

Il-Ministru Camilleri qal li Triq San Duminku hija s-17-il triq li tlestiet taħt dan il-programm, li għandu l-għan li jkompli jsaħħaħ l-infrastruttura residenzjali u jtejjeb il-kwalità tal-ħajja tal-familji Għawdxin.

Qabel bdew ix-xogħlijiet fuq il-wiċċ tat-triq, il-Water Services Corporation wettqet xogħlijiet estensivi ta' modernizzazzjoni tas-servizzi infrastrutturali. Dawn inkludew it-tiġdid tas-sistema tad-drenaġġ u s-sostituzzjoni tan-network tal-provvista tal-ilma, inkluż permezz tal-installazzjoni ta' sistema doppja. Bħala parti mill-istess proġett, sar total ta' 1,100 metru kwadru ta' tarmak ġdid.

Il-Ministru Clint Camilleri stqarr li dan il-proġett qed iwassal għal titjib konkret fil-lokalitajiet Għawdxin u li “bit-tlestija tas-17-il triq residenzjali qed inkomplu nwettqu waħda mill-miżuri ewlenin tal-Budget 2026 għal Għawdex. Dan huwa investiment li ma jiffokax biss fuq wiċċ ġdid tat-triq, iżda fuq infrastruttura moderna u sostenibbli li tibda mis-servizzi ta' taħt l-art. Permezz tal-kollaborazzjoni mal-Water Services Corporation qed niżguraw li qabel isiru x-xogħlijiet finali, ir-residenti jkollhom sistemi ġodda tal-ilma u tad-drenaġġ. Se nkomplu nwettqu dan il-programm sabiex nilħqu l-mira ta' 100 triq residenzjali fi tliet snin."

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri temm jgħid li l-Ministeru jibqa' impenjat li jkompli jwettaq dan il-proġett ta' investiment fl-infrastruttura residenzjali, bil-għan li aktar familji Għawdxin igawdu minn toroq aktar moderni, aktar siguri u mibnija fuq servizzi infrastrutturali li jservu għas-snin li ġejjin.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Titlesta s-17-il triq residenzjali, Triq San Duminku, ir-Rabat, Għawdex
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Titlesta s-17-il triq residenzjali, Triq San Duminku, ir-Rabat, Għawdex
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Titlesta s-17-il triq residenzjali, Triq San Duminku, ir-Rabat, Għawdex
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Titlesta s-17-il triq residenzjali, Triq San Duminku, ir-Rabat, Għawdex
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow