Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela jħabbar tnaqqis fil-ħlasijiet tas-servizzi tal-elettriku u tal-ilma għas-sajjieda

PR261284
Date Icon 31/07/2026

Waqt żjara f'Marsaxlokk, il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar tnaqqis sinifikanti fil-ħlasijiet marbuta mal-użu tal-pilastri tas-servizz tal-elettriku u tal-ilma għall-bastimenti tas-sajd.

Għas-sajjieda full-time u part-time li joperaw bastimenti rreġistrati bħala MFA u MFB, il-ħlasijiet tas-servizz tal-elettriku se jitnaqqsu b'55%, filwaqt li dawk tas-servizz tal-ilma se jitnaqqsu b'57%. Il-ħlasijiet tal-elettriku għall-bastimenti l-oħra rreġistrati bħala MFC se jitnaqqsu wkoll bi 17%.

Dawn il-miżuri tħabbru waqt żjara f'Marsaxlokk, fejn il-Prim Ministru akkumpanjat mis-Segretarju Permanenti għall-Agrikortura, is-Sajd u l-Provvista tal-Ikel Sharlo Camilleri, kif ukoll id-Direttur Ġenerali għas-Sajd u l-Akwakultura fi ħdan l-istess ministeru Bjorn Azzopardi, kellu laqgħa informali ma' għadd ta' sajjieda.

Il-Prim Ministru qal li dan it-tnaqqis huwa maħsub biex inaqqas il-piż operattiv fuq is-sajjieda u jagħtihom kundizzjonijiet dejjem aħjar biex ikomplu jaħdmu, jinvestu u jsaħħu l-attività ekonomika tagħhom.

Ġie aċċennat ukoll li l-Gvern se jkun qed jidħol f'diskussjonijiet mal-organizzazzjonijiet tas-sajjieda sabiex binja li bħalissa tinsab fi stat ta' abbandun f'Xatt is-Sajjieda  tiġi f'idejn l-Malta Food Agency biex tiġi allokata mill-ġdid u tinbidel f'faċilità effiċjenti li tirrifletti l-ħtiġijiet reali tas-settur. Hawn fost l-oħrajn se jkun hemm faċilitajiet ta' ħażna mkessħa għas-sajjieda.

Il-Gvern tenna l-impenn tiegħu li jibqa' spalla għas-sajjieda, filwaqt li jħares it-tradizzjoni ta' pajjiżna u jibni settur tas-sajd dejjem aktar kompetittiv u sostenibbli.

Il-Prim Ministru Abela kien ukoll akkumpanjat mill-Ministru għall-Gvern Lokali u x-Xogħlijiet Pubbliċi Alision Zerafa Civelli għal żjara fil-binja tal-kunsill lokali u laqgħa mas-Sindku Steven Grech u l-kunsilliera fejn ġew diskussi l-ħtiġijiet u l-prijoritajiet ta' din il-lokalità.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela jħabbar tnaqqis fil-ħlasijiet tas-servizzi tal-elettriku u tal-ilma għas-sajjieda
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela jħabbar tnaqqis fil-ħlasijiet tas-servizzi tal-elettriku u tal-ilma għas-sajjieda
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow