Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA 9,000 konsultazzjoni medika bit-telefown fix-xahar lill-pubbliku mit-tobba fiċ-Ċentru tat-Telemediċina

pr261280
Date Icon 30/07/2026

Id-Deputat Prim Ministru Borg jiltaqa’ mal-ħaddiema ta’ dan iċ-Ċentru fis-Siġġiewi 

Kull xahar, it-tobba fiċ-Ċentru tat-Telemediċina qed jagħmlu madwar 9,000 konsultazzjoni medika bit-telefown ma’ persuni li jċemplu għal dan is-servizz bla ħlas biex jirċievu pariri dwar saħħithom u għajnuniet oħra mediċi mhux ta’ emerġenza.  

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Ian Borg żar iċ-Ċentru tat-Telemediċina tal-Kura Primarja fis-Siġġiewi, sabiex jitkellem mal-ħaddiema li joperaw dan is-servizz 24 siegħa kuljum, mit-Tnejn sal-Ħadd.   

Waqt din iż-żjara l-uffiċjali tad-Dipartiment tal-Kura Primarja spjegaw li permezz ta’ dan is-servizz, li tnieda fl-2020, il-pubbliku jista’ jċempel fuq in-numri 21231231/21222444 jew juża mezzi ta’ komunikazzjoni oħrajn, fosthom servizz ta’ chat permezz tas-sit myhealth.gov.mt, sabiex jirċievi pariri mediċi, evalwazzjoni tas-sintomi, koordinazzjoni ta' żjarat fid-djar minn servizzi mediċi oħra tal-Gvern, u appuntamenti għal servizzi u viżti fl-istituzzjonijiet tas-saħħa, kif ukoll evalwazzjoni tar-riżultati ta’ testijiet mediċi li jkun għadhom kif saru. Fejn ikun hemm bżonn, it-tobba taċ-Ċentru jistgħu jagħmlu wkoll konsultazzjonijiet permezz ta’ video calls b’Microsoft Teams jew Whatsapp.

Ta’ kuljum, dan iċ-Ċentru qed jirċievi sa 350 talba għal konsultazzjoni medika, b’medja ta’ 9,000 konsultazzjoni fix-xahar. F’madwar 70% ta’ dawn il-konsultazzjonijiet mediċi, dawk li jċemplu jirċievu l-għajnuna li jkollhom bżonn biex isolvu d-diffikultà li jkollhom, mingħajr il-ħtieġa li jinqalgħu minn djarhom biex jiksbu servizzi oħra fi kliniċi jew faċilitajiet oħra tas-saħħa.

Minbarra dawn il-konsultazzjonijiet, iċ-ċentru għandu wkoll ħaddiema oħrajn li jwieġbu mistoqsijiet tal-pubbliku dwar servizzi oħra tal-Kura Primarja. B’kollox, bejn konsultazzjonijiet mediċi u għajnuniet oħra, iċ-Ċentru jwieġeb madwar 90,000 telefonata fix-xahar. 

Id-Deputat Prim Ministru Ian Borg qal li dawn il-figuri juru kif l-investiment għaqli u d-dedikazzjoni tal-ħaddiema fil-Kura Primarja qed iwassal għal servizzi aktar aċċessibbli, komdi u effiċjenti għall-pubbliku. Stqarr li seta’ japprezza dan mill-qrib fil-laqgħat li qed ikollu f’diversi faċilitajiet immexxija mid-Dipartiment tal-Kura Primarja, fosthom ċentri tas-saħħa, bereġ fil-komunità u kliniċi oħra, u servizzi oħra bħaċ-Ċentru tat-Telemediċina.

“Ser inkomplu nappoġġjaw lil dan iċ-ċentru u t-tim ta’ tobba, professjonisti tas-saħħa u ħaddiema oħra tiegħu, sabiex jgħinu ħafna aktar persuni fiż-żmien li ġej. B’impenn u professjonalità, qed jirnexxielhom ikunu t’appoġġ kbir għal eluf ta' persuni,” sostna d-Deputat Prim Ministru.

Il-Kap Eżekuttiv tad-Dipartiment tal-Kura Primarja, l-Inġ. Karl Farrugia, spjega li s-servizz tat-Telemediċina qed ikompli jissaħħaħ u jespandi. “Dan iċ-ċentru jaħdem biex inaqqas il-piż fuq iċ-Ċentri tas-Saħħa, filwaqt li joffri aċċess aktar faċli, immedjat u komdu għall-kura. Il-pubbliku jista' jċempel biex jirċievi konsultazzjoni medika jew jingħata l-gwida u s-servizz li jeħtieġ, mingħajr il-bżonn li jattendi personalment f'xi istituzzjoni tas-saħħa,” hu qal.

Is-servizz tat-Telemediċina għal pariri mediċi huwa disponibbli permezz tan-numri 21231231 u 21222444. Madankollu, f'każ ta' emerġenza, il-pubbliku għandu jċempel mill-ewwel is-servizz nazzjonali t’emerġenza 112. Dawk li ma jkunux ċerti jekk is-sitwazzjoni hijiex emerġenza, jistgħu jċemplu 1400 biex jingħataw gwida immedjata dwar x’għandhom jagħmlu.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA 9,000 konsultazzjoni medika bit-telefown fix-xahar lill-pubbliku mit-tobba fiċ-Ċentru tat-Telemediċina
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA 9,000 konsultazzjoni medika bit-telefown fix-xahar lill-pubbliku mit-tobba fiċ-Ċentru tat-Telemediċina
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA 9,000 konsultazzjoni medika bit-telefown fix-xahar lill-pubbliku mit-tobba fiċ-Ċentru tat-Telemediċina
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow