AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL
Skont il-Kap 649 tal-Att dwar l-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel, u f'konformità mar-rwol tal-Awtorità li tassigura t-trasparenza u l-għarfien pubbliku dwar kwistjonijiet relatati mas-sigurtà tal-ikel, l-Awtorità qed tinforma lill-pubbliku bl-informazzjoni li rċeviet permezz tas-Sistema tal- Infosan. Il-prodott imsemmi hawn taħt m'għandux jiġi kkunsmat minħabba li nstab li potenzjalment huwa kkontaminat bis-Salmonella.
Persuni infettati bis-Salmonella tipikament jiżviluppaw sintomi bejn 12 u 36 siegħa wara l-infezzjoni, iżda dan jista' jvarja minn 6 sa 72 siegħa. L-aktar sintomu komuni huwa d-dijarea, li xi kultant tista' tkun bid-demm. Sintomi oħra jistgħu jinkludu deni, uġigħ ta' ras u uġigħ ta' żaqq. Is-sintomi normalment idumu bejn 4 u 7 ijiem. F'każijiet fejn id-dijarea tkun severa, jista' jkun meħtieġ li l-persuna tiddaħħal l-isptar. L-anzjani, it-trabi u dawk b'sistema immunitarja dgħajfa huma aktar f'riskju li jiżviluppaw sintomi severi.
| Prodott: | 100% Organic Moringa Capsules | |
| Ditta: | TNVitamins | |
| Numru tal-Lott: | 2800 | |
| Data tad-durabbiltà: | 02/2028 | |
| Oriġini: | L-Istati Uniti tal-Amerika (USA) | |
| Kontenut: | 90 Kapsula | |
Il-konsumatur m'għandux jikkonsma dan il-prodott u huwa mitlub jew jarmi l-prodott indikat jew jirritornah lura minn fejn xtrah.
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista' jċempel lill-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel fuq in-numru tat-telefown +356 26025000, mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8:00 ta' filgħodu u t-3:00 ta' wara nofsinhar, jew jibgħat email fuq l-indirizz info.fssa@gov.mt
Stqarrijiet Oħra:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922