Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Pjazza ġdida bi spazju miftuħ għal kulħadd minflok vetturi f’Ħ’Attard

pr261276
Date Icon 30/07/2026

Il-Ministru għall-Infrastruttura, l-Ippjanar u x-Xogħol Jonathan Attard uffiċjalment inawgura l-Pjazza Tommaso Dingli.

Dan il-proġett imwettaq minn Infrastructure Malta jifforma parti mill-inizjattiva Vjal Kulħadd, li tkompli tagħti prijorità lin-nies permezz ta' investimenti fi spazji pubbliċi aktar aċċessibbli, ħodor u sostenibbli.

Waqt l-inawgurazzjoni, il-Ministru saħaq li dan il-proġett jirrifletti l-viżjoni tal-Gvern li jpoġġi lill-komunità, lill-ambjent u lill-kwalità tal-ħajja fiċ-ċentru ta' kull investiment fl-infrastruttura.

“Meta ninvestu fl-infrastruttura, ma nkunux qed nibnu biss toroq, bankini jew spazji pubbliċi, iżda komunitajiet aktar b'saħħithom, aktar magħqudin u aktar reżiljenti. Dawn huma investimenti li jtejbu l-ħajja ta' kuljum tan-nies u jħallu wirt pożittiv għall-ġenerazzjonijiet li ġejjin,” qal il-Ministru.

Dr Attard spjega li l-Pjazza Tommaso Dingli hija parti minn sensiela ta' proġetti li qed jitwettqu taħt l-iskema Vjal Kulħadd, li qed tittrasforma spazji urbani biex jagħtu prijorità liċ-ċittadini fuq il-vetturi. F'dan il-kuntest semma wkoll l-inawgurazzjoni riċenti ta’ pjazza ġdida fl-Imsida u l-bidu ta' proġett ġdid qrib il-Junior College, fejn triq li sa ftit jiem ilu kienet miftuħa għat-traffiku, se tinbidel f'żona pedonali u rikreattiva.

Dan il-proġett f’Ħ’Attard jinkludi madwar 1,500 metru kwadru ta' spazju aħdar pubbliku b'50 siġra ġdida, li se jipprovdu aktar dell naturali, itejbu l-kwalità tal-arja, inaqqsu l-effett tas-sħana urbana u jkomplu jsaħħu l-bijodiversità fiċ-ċentru tal-lokalità.

Fost l-elementi innovattivi tal-proġett hemm sistema ta' ġbir u ħażna tal-ilma tax-xita f'ġibjun taħt l-art, sabiex dan l-ilma jerġa' jintuża għat-tisqija u għat-tindif tal-pjazza. Il-Ministru spjega li dan huwa eżempju konkret tal-impenn tal-Gvern favur l-użu sostenibbli tar-riżorsi.

Il-Ministru rringrazzja lis-Sindku u lill-Kunsill Lokali ta' Ħ'Attard, lill-Kap Eżekuttiv u lit-tim ta' Infrastructure Malta, kif ukoll lill-periti, l-inġiniera, il-kuntratturi u l-ħaddiema kollha li taw is-sehem tagħhom fit-twettiq tal-proġett. Huwa rringrazzja wkoll lir-residenti tal-paċenzja u l-kooperazzjoni tagħhom matul il-perjodu tax-xogħlijiet.

“Bħala Gvern se nkomplu ninvestu fi proġetti li jagħmlu differenza konkreta fil-ħajja tan-nies u li jkomplu joħolqu komunitajiet aktar sostenibbli, inklużivi u ta' kwalità. Fiduċjuż li Pjazza Tommaso Dingli se ssir il-qalba soċjali ta' Ħ'Attard u spazju fejn il-komunità tista' tkompli tiltaqa', tibni relazzjonijiet u toħloq memorji ġodda”, tenna l-Ministru.

Il-Kap Eżekuttiv ta' Infrastructure Malta, Steve Ellul, qal li din il-pjazza hija aktar minn proġett infrastrutturali, “hija spazju pubbliku ġdid maħluq biex iservi ta' punt ta' laqgħa għall-komunità. Permezz tal-programm Vjal Kulħadd, qed nibdlu l-mod kif inħarsu lejn l-ispazji pubbliċi, billi noħolqu ambjenti aktar siguri, aktar sbieħ u aktar aċċessibbli fejn in-nies ikunu jistgħu jiltaqgħu u jgawdu l-lokalità tagħhom. Għalina, infrastruttura moderna tfisser kwalità ta' ħajja aħjar u investiment dirett fil-komunitajiet tagħna, u se nkomplu nwasslu aktar proġetti li jagħtu lura l-ispazju lin-nies u jkomplu jtejbu l-kwalità tal-ħajja fil-lokalitajiet tagħna."

Minn naħa tiegħu s-Sindku tal-lokal is-Sur Stefan Cordina qal li dan il-proġett ġie varat minn infrastructure Malta wara li l-kunsill kien applika għal din l-iskema u huwa sodisfazzjoni kbir li  ngħatat din l-opportunità.

L-inawgurazzjoni kienet segwita b’serata għall-familja kollha inkluż spettaklu ta’ mużika, logħob interattiv, artiġjanat u wirjiet oħra.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Pjazza ġdida bi spazju miftuħ għal kulħadd minflok vetturi f’Ħ’Attard
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Pjazza ġdida bi spazju miftuħ għal kulħadd minflok vetturi f’Ħ’Attard
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Pjazza ġdida bi spazju miftuħ għal kulħadd minflok vetturi f’Ħ’Attard
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow