Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAS-SEGRETARJU PERMANENTI EWLIENI Jitwaqqaf il-Kunsill għall-Governanza tal-Intelliġenza Artifiċjali

PR261274
Date Icon 30/07/2026

L-Intelliġenza Artifiċjali qed toħloq opportunitajiet ġodda biex ittejjeb il-mod kif jiġu ddisinjati u pprovduti s-servizzi pubbliċi, u b'hekk tippermetti lill-Gvern jaħdem b'aktar effettività u joffri aktar servizzi ta' kwalità lill-poplu Malti. Sabiex jiġi żgurat li l-adozzjoni tal-intelliġenza artifiċjali fl-Amministrazzjoni Pubblika tkun ikkoordinata, responsabbli u ffukata fuq valur pubbliku tanġibbli, il-Gvern qed iwaqqaf il-Kunsill għall-Governanza tal-Intelliġenza Artifiċjali.

Immexxi miċ-Chief AI Officer u appoġġat mill-Unità għall-Governanza tal-Intelliġenza Artifiċjali, il-Kunsill se jipprovdi sorveljanza strateġika ċentrali tal-inizjattivi kollha tal-Gvern fil-qasam tal-AI. Il-Kunsill se jġib flimkien partijiet interessati ewlenin minn madwar il-Gvern kollu biex jippromwovi approċċ koerenti, ikun konformi mal-Att tal-UE dwar l-Intelliġenza Artifiċjali (EU AI Act) u jgħin biex jitnaqqsu l-isforzi frammentati jew duplikati.

Kull komunikazzjoni relatata mal-governanza, il-politika u l-proġetti tal-Intelliġenza Artifiċjali, kif ukoll mistoqsijiet relatati oħra, għandha tiġi indirizzata lil governance.ai@gov.mt.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow