Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Il-Bajja tal-Kalkara tilqa’ l-ħames edizzjoni ta’ Lejla Rnella fl-1 ta’ Awwissu

PR261273
Date Icon 30/07/2026

Ġiet imnedija l-ħames edizzjoni ta' Lejla Rnella, li se tittella' fil-Bajja tal-Kalkara nhar is-Sibt, 1 ta' Awwissu 2026.

Din l-attività qed terġa' tittella' bl-appoġġ tal-Gvern, permezz tal-Ministeru għall-Gvern Lokali u x-Xogħlijiet Pubbliċi u l-fondi addizzjonali amministrati mid-Diviżjoni għall-Gvern Lokali, li jkomplu jsaħħu l-ħidma tal-kunsilli lokali fl-organizzazzjoni ta' attivitajiet kulturali u komunitarji ta' kwalità.

Ftit jiem qabel ma tittella' din l-attività, il-Ministru għall-Gvern Lokali u x-Xogħlijiet Pubbliċi Alison Zerafa Civelli, flimkien mas-Sindku tal-Kalkara Wayne Aquilina, ħabbru d-dettalji tal-programm u l-attivitajiet li se jkunu qed jiffurmaw parti minn din il-ħames edizzjoni ta' Lejla Rnella.

Fl-intervent tagħha, il-Ministru għall-Gvern Lokali u x-Xogħlijiet Pubbliċi Alison Zerafa Civelli qalet li l-Gvern se jkompli jinvesti fil-kunsilli lokali sabiex dawn ikollhom ir-riżorsi meħtieġa biex jorganizzaw attivitajiet li jsaħħu l-komunitajiet u jkomplu jagħtu ħajja lill-pjazez u l-lokalitajiet Maltin u Għawdxin.

“Permezz tal-appoġġ li qed nagħtu lill-kunsilli lokali, qed noħolqu aktar opportunitajiet biex il-familji jgawdu attivitajiet ta' kwalità fil-qalba tal-komunitajiet tagħna, filwaqt li nkomplu ninvestu fil-kultura, fit-turiżmu lokali u fl-ekonomija tal-lokalitajiet," sostniet il-Ministru Zerafa Civelli.

Il-Ministru żiedet li inizjattivi bħal Lejla Rnella juru kif il-kollaborazzjoni bejn il-Gvern u l-kunsilli lokali qed twassal għal avvenimenti li mhux biss joffru divertiment, iżda wkoll isaħħu l-identità u l-potenzjal ta' kull lokalità.

Is-Sindku tal-Kalkara Wayne Aquilina rringrazzja lill-Ministeru għall-Gvern Lokali u x-Xogħlijiet Pubbliċi u lid-Diviżjoni għall-Gvern Lokali għall-appoġġ kontinwu tagħhom, li permezz tiegħu l-Kunsill Lokali tal-Kalkara jista' jkompli jorganizza attivitajiet ta' livell li jservu lill-komunità u jsaħħu l-ħajja kulturali fil-lokalità.

L-edizzjoni ta' din is-sena ta' Lejla Rnella se toffri programm mużikali varjat, b'serata mimlija divertiment għall-pubbliku preżenti. Il-palk se jkun jospita wirjiet minn Jasmine, rebbieħa tal-aħħar edizzjoni ta' Mużika Mużika, l-artist popolari Jamie Cardona, filwaqt li l-qofol tal-lejla se jkun kunċert live minn Kevin Paul.

B'attenzjoni lejn l-inklużjoni u l-parteċipazzjoni tal-familja kollha, Lejla Rnella se tinkludi wkoll żona apposta għat-tfal kif ukoll spazju għall-persuni b'abilitajiet differenti, sabiex kulħadd ikun jista' jgawdi din il-lejla f'ambjent aċċessibbli u sigur.

Sabiex jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-attività, se jkun hemm ukoll servizz ta' Park & Ride bla ħlas għal dawk li se jżuru l-Kalkara minn barra l-lokalità. Il-pubbliku jkun jista' jipparkja fil-periferija tal-Kalkara u juża s-servizz ta' mini-bus li se jwassal lill-udjenza sal-Bajja ta' Rnella.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Il-Bajja tal-Kalkara tilqa’ l-ħames edizzjoni ta’ Lejla Rnella fl-1 ta’ Awwissu
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Il-Bajja tal-Kalkara tilqa’ l-ħames edizzjoni ta’ Lejla Rnella fl-1 ta’ Awwissu
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Il-Bajja tal-Kalkara tilqa’ l-ħames edizzjoni ta’ Lejla Rnella fl-1 ta’ Awwissu
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow