Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Proġett artistiku komunitarju ffinanzjat mill-VOPS bil-għan li l-kreattività tgħaqqad lill-komunitajiet

PR261272
Date Icon 29/07/2026

Ingħata bidu għal taħriġ interattiv għaż-żgħażagħ, fuq inizjattiva tal-għaqda taż-żgħażagħ Generation Change? bil-għan li ssaħħaħ il-parteċipazzjoni attiva fil-ħajja komunitarja. Dan il-proġett, bl-isem ‘EcoJam - Where creativity connects communities’ huwa ffinanzjat mill-Voluntary Organisations Projects Scheme (VOPS) tal-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat (MCVS).

Permezz ta’ dan il-proġett, il-parteċipanti għandhom l-opportunità li jitgħallmu ħiliet ġodda, jikkollaboraw ma’ sħabhom, u jikkontribwixxu għal għan komunitarju. Dan ser iseħħ billi flimkien joħolqu strumenti mużikali u riżorsi minn materjal riċiklat. Ħafna mill-materjal ser jinġieb mill-komunità stess, bħal oġġetti antiki li wieħed isib fid-dar, li mbagħad ser jintużaw biex jinħolqu spazji għall-mużika u l-kreattività f’komunitajiet differenti. F’dawn l-ispazji mbagħad ser jipparteċipaw tfal, żgħażagħ, u residenti biex jesploraw mużika u espressjoni artistika, jesprimu l-kreattività, u jaħdmu flimkien f’ambjent inklussiv.

Il-proġett huwa maqsum fi tliet fażijiet, dak ta’ tnax-il workshop għall-bini tal-ħiliet, sitt workshops għall-implimentazzjoni, u fl-aħħar nett tliet attivitajiet komunitarji.

Fi żjara waqt waħda minn dawn il-workshops fil-Belt Valletta, il-Ministru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat Julia Farrugia, spjegat kif “il-Gvern qed ikompli juri b’mod konkret il-prijorità li jagħti lis-settur volontarju billi jkompli jsaħħaħ l-investiment f’għaqdiet li qed jagħmlu differenza reali fil-komunitajiet tagħna. Inizjattivi bħal EcoJam juru kif, bl-appoġġ tal-Gvern, iż-żgħażagħ jistgħu jkunu protagonisti fil-ħolqien ta’ komunitajiet aktar kreattivi u inklussivi. Dan huwa l-mudell ta’ soċjetà li rridu nkomplu nibnu, fejn il-volontarjat, l-parteċipazzjoni u l-innovazzjoni jimxu id f’id għall-ġid ta’ kulħadd,” temmet tgħid il-Ministru. 

Min-naħa tiegħu, il-Kap Eżekuttiv tal-MCVS, Mauro Pace Parascandalo, irringrazzja lill-Youth workers u lill-voluntiera tal-għaqda li permezz tagħhom qiegħed iseħħ dan il-proġett. “Huwa dejjem ta’ pjaċir li naraw attivitajiet, permezz tal-fondi tal-Kunsill, minn għaqdiet li jsaħħu komunitajiet lokali u li jżidu l-ħiliet, f’dan il-każ kreattivi”.

Christian Mizzi, Youth Worker fl-għaqda Generation Change? spjega li l-proġett Eco Jam juri r-rwol importanti li għandu x-xogħol taż-żgħażagħ fl-appoġġ lit-tfal u ż-żgħażagħ biex jitgħallmu, jikbru u jikkontribwixxu b’mod pożittiv għall-komunitajiet tagħhom. Permezz tal-edukazzjoni, spjega, il-ħaddiema taż-żgħażagħ jiggwidaw lill-parteċipanti fi vjaġġ ta’ tagħlim prattiku fejn il-kreattività, il-ħidma f’tim u s-sostenibbiltà jingħaqdu flimkien b’mod sinifikanti. 

Matul il-proġett, iż-żgħażagħ qed jaħdmu flimkien fuq affarijiet prattiċi u hekk jiżviluppaw kapaċitajiet ta’ soluzzjoni u għarfien ambjentali. Iktar importanti minn hekk, huma jibnu l-kunfidenza tagħhom, isaħħu l-komunikazzjoni u l-ħidma f’tim, u jesperjenzaw il-valur li wieħed jieħu sjieda ta’ proġett li jibbenefika lill-komunità usa’.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Proġett artistiku komunitarju ffinanzjat mill-VOPS bil-għan li l-kreattività tgħaqqad lill-komunitajiet
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Proġett artistiku komunitarju ffinanzjat mill-VOPS bil-għan li l-kreattività tgħaqqad lill-komunitajiet
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Proġett artistiku komunitarju ffinanzjat mill-VOPS bil-għan li l-kreattività tgħaqqad lill-komunitajiet
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow