Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Il-membri kollha tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili issa ċċertifikati skont standard internazzjonali tat-taħriġ

PR261265
Date Icon 29/07/2026

Il-membri kollha tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili issa kisbu ċ-ċertifikazzjoni internazzjonali NFPA 1001, standard rikonoxxut madwar id-dinja li jikkonferma l-ogħla livelli ta' taħriġ, kompetenza u sigurtà fil-qasam tas-servizzi tat-tifi tan-nar.

Dan tħabbar mill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Glenn Bedingfield waqt l-ewwel żjara uffiċjali tiegħu fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.

Il-Ministru Bedingfield qal li din iċ-ċertifikazzjoni hija ħafna aktar minn ċertifikat formali, iżda hija konferma li kull membru tad-dipartiment huwa mħarreġ skont standards internazzjonali u lest biex jaffaċċja kull emerġenza bl-ogħla livell ta' professjonalità, kompetenza u kunfidenza.

“Hija kisba li tirrifletti snin ta' investiment fin-nies, fit-taħriġ, fit-teknoloġija u fit-tagħmir. Meta ċ-ċittadini jitolbu l-għajnuna, għandhom is-serħan il-moħħ li quddiemhom għandhom professjonisti mħarrġa skont l-ogħla standards internazzjonali. Il-Gvern se jkompli jinvesti fil-ħaddiema tagħna, fit-taħriġ tagħhom u fir-riżorsi li għandhom bżonn biex ikomplu jagħtu servizz tal-ogħla kwalità," qal il-Ministru Bedingfield.

Matul iż-żjara tiegħu, il-Ministru rringrazzja lill-membri kollha tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili għad-dedikazzjoni tagħhom, b'mod partikolari fid-dawl tal-ħidma intensiva li wettqu matul l-aħħar jiem b'rispons għal diversi nirien u emerġenzi f't-temperaturi għoljin.

Il-Ministru semma wkoll kif l-aħħar rapport tal-Bank Dinji dwar il-preparazzjoni u r-rispons għall-emerġenzi f'Malta jagħti rimarki pożittivi lid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, u jiddeskrivih bħala servizz professjonali b'livell għoli ta' taħriġ, kapaċitajiet speċjalizzati u koordinazzjoni b'saħħitha mal-entitajiet kollha tal-ewwel rispons.

Huwa sostna li dan ir-rikonoxximent internazzjonali huwa frott ta' investiment kontinwu fil-kapaċitajiet tal-ħaddiema u jikkonferma li Malta għandha dipartiment li kapaċi jirrispondi b'mod effettiv kemm għall-emerġenzi ta' kuljum kif ukoll għal sitwazzjonijiet aktar kumplessi.

“Il-Gvern, jien u l-Maltin kollha kburin bikom u nirringrazzjawkhom tax-xogħol li tagħmlu," temm jgħid il-Ministru Bedingfield.

Ritratti: MHS

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Il-membri kollha tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili issa ċċertifikati skont standard internazzjonali tat-taħriġ
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Il-membri kollha tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili issa ċċertifikati skont standard internazzjonali tat-taħriġ
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Il-membri kollha tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili issa ċċertifikati skont standard internazzjonali tat-taħriġ
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow