Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela jżur l-Elysium Habitat Restoration Hub ta’ Ambjent Malta f’Għajn Tuffieħa

PR261264
Date Icon 29/07/2026

Il-Prim Ministru Robert Abela, akkumpanjat mill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir, Miriam Dalli, żar l-Elysium Habitat Restoration Hub, f'Għajn Tuffieħa, fejn seta' jara mill-qrib il-ħidma mwettqa minn Ambjent Malta favur it-tisħiħ tal-bijodiversità u l-ambjenti naturali ta' pajjiżna.

Matul iż-żjara, il-Prim Ministru u l-Ministru Dalli żaru ż-żoni, inklużi serer fejn jitkabbru u jiġu indukrati siġar, arbuxelli u pjanti indiġeni qabel jiġu trasferiti biex eventwalment jitħawlu madwar Malta u Kemmuna.

Huma ltaqgħu wkoll mal-ħaddiema ta' Ambjent Malta u tkellmu magħhom dwar l-inizjattivi li qed jitwettqu biex jiġu riabilitati l-pajsaġġi naturali u titjieb il-kwalità tal-ambjent naturali ta' pajjiżna f'diversi siti.

Mill-Elysium Habitat Restoration Hub jaħdmu 20 ħaddiem ta' Ambjent Malta li jwettqu diversi xogħlijiet ambjentali, fosthom it-tħawwil ta' siġar u veġetazzjoni indiġena u Mediterranja adattata għall-klima Maltija, ir-restawr ta' ambjenti degradati u l-manutenzjoni kontinwa ta' diversi siti.

Din il-ħidma tgħin biex tissaħħaħ ir-reżiljenza ekoloġika ta' pajjiżna u jinħolqu spazji aktar ħodor li jistgħu jgawdu l-familji u ġenerazzjonijiet futuri.

L-Elysium Habitat Restoration Hub għandu wkoll funzjoni edukattiva. Dan hekk kif il-viżitaturi fosthom tfal li jżuru dan il-hub għandhom l-opportunità li jitgħallmu aktar dwar in-natura, il-bijodiversità u l-importanza li nħarsu l-ambjent ta' madwarna.

Il-Prim Ministru Robert Abela temm din iż-żjara b'diskussjoni informali mal-ħaddiema, fejn matulha ġiet rikonoxxuta l-ħidma professjonali u kontinwa tagħhom f'dak li għandu x'jaqsam mal-ħarsien tal-bijodiversità u l-ambjent naturali ta' pajjiżna.

Ritratti (OPM/DOI)

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela jżur l-Elysium Habitat Restoration Hub ta’ Ambjent Malta f’Għajn Tuffieħa
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela jżur l-Elysium Habitat Restoration Hub ta’ Ambjent Malta f’Għajn Tuffieħa
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela jżur l-Elysium Habitat Restoration Hub ta’ Ambjent Malta f’Għajn Tuffieħa
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow