Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Il-ħaddiema tal-Aġenzija għar-Riġenerazzjoni taż-Żoni Turistiċi jkomplu jsaħħu l-ħiliet tagħhom permezz ta' taħriġ speċjalizzat

PR261239
Date Icon 23/07/2026

Il-ħaddiema tal-Aġenzija għar-Riġenerazzjoni taż-Żoni Turistiċi, li matul is-sena kollha jaħdmu fuq il-manutenzjoni, it-tisbiħ u ż-żamma ta' bajjiet, promenades, bandli, mogħdijiet u żoni turistiċi oħra madwar Malta u Għawdex, komplew isaħħu l-ħiliet professjonali tagħhom permezz ta' programm ta' taħriġ u żvilupp organizzat mill-Aġenzija.

Il-programm, li laqqa' flimkien il-ħaddiema tal-Aġenzija għal ġurnata ddedikata għat-taħriġ, l-iżvilupp professjonali u t-tisħiħ tal-ħidma f'tim, kien indirizzat ukoll mill-Ministru għall-Gvern Lokali u x-Xogħlijiet Pubbliċi Alison Zerafa Civelli, li faħħret il-ħidma li dawn il-ħaddiema jwettqu kuljum b'risq il-komunità u s-settur turistiku.

Fl-indirizz tagħha, il-Ministru saħqet fuq l-importanza tat-taħriġ kontinwu u tal-investiment fil-ħaddiema sabiex dawn ikomplu jiżviluppaw il-kompetenzi tagħhom u jkunu ppreparati għall-isfidi li jevolvu fil-qasam tax-xogħol tagħhom. Hija sostniet li l-Gvern huwa impenjat li jkompli jinvesti kemm fl-infrastruttura kif ukoll fil-ħaddiema, sabiex ikomplu jingħataw servizzi ta' kwalità li jagħmlu differenza fil-ħajja tar-residenti u jtejbu l-esperjenza tal-viżitaturi.

“Intom l-aqwa ambaxxaturi tax-xogħol li jwettaq il-Gvern fil-komunitajiet tagħna. Kull bajja, promenade u spazju pubbliku miżmum tajjeb jirrifletti d-dedikazzjoni tagħkom, u għalhekk se nibqgħu ninvestu fit-taħriġ u fl-iżvilupp tagħkom biex ikollkom l-għodda kollha meħtieġa ħalli tkomplu twettqu xogħol ta' eċċellenza," qalet il-Ministru Zerafa Civelli.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija għar-Riġenerazzjoni taż-Żoni Turistiċi, Dennis Vella, qal li matul l-2026 l-Aġenzija kompliet twettaq numru sostanzjali ta' interventi ta' manutenzjoni, tisbiħ u riġenerazzjoni f'diversi żoni turistiċi madwar Malta u Għawdex. Huwa rringrazzja lill-ħaddiema għall-impenn tagħhom u saħaq li s-suċċess tal-Aġenzija jibqa' jiddependi fuq il-professjonalità u l-impenn ta' kull wieħed u waħda minnhom.

Matul il-programm, il-ħaddiema segwew diversi sessjonijiet iffukati fuq l-iżvilupp professjonali u personali. Fosthom kien hemm preżentazzjoni mill-Kap Eżekuttiv Dennis Vella dwar il-ħidma u l-proġetti mwettqa mill-Aġenzija matul l-2026, kif ukoll sessjoni ta' team building u motivazzjoni mmirata biex tkompli ssaħħaħ il-kollaborazzjoni u l-ispirtu ta' tim fost il-ħaddiema. Il-programm inkluda wkoll preżentazzjoni minn rappreżentanti tas-Sovrintendenza tal-Wirt Kulturali.

Fi tmiem il-programm, il-Ministru ppreżentat iċ-ċertifikati lill-ħaddiema li temmew b'suċċess it-taħriġ fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, kif ukoll lil dawk li kisbu ċ-ċertifikazzjoni fir-restawr tal-ħitan tas-sejjieħ, liema taħriġ ikompli jsaħħaħ il-kompetenzi tekniċi tagħhom fil-qadi ta' dmirijiethom.

Għall-attività attenda wkoll is-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru għall-Gvern Lokali u x-Xogħlijiet Pubbliċi, Emil Vassallo.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Il-ħaddiema tal-Aġenzija għar-Riġenerazzjoni taż-Żoni Turistiċi jkomplu jsaħħu l-ħiliet tagħhom permezz ta' taħriġ speċjalizzat
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Il-ħaddiema tal-Aġenzija għar-Riġenerazzjoni taż-Żoni Turistiċi jkomplu jsaħħu l-ħiliet tagħhom permezz ta' taħriġ speċjalizzat
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Il-ħaddiema tal-Aġenzija għar-Riġenerazzjoni taż-Żoni Turistiċi jkomplu jsaħħu l-ħiliet tagħhom permezz ta' taħriġ speċjalizzat
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Il-ħaddiema tal-Aġenzija għar-Riġenerazzjoni taż-Żoni Turistiċi jkomplu jsaħħu l-ħiliet tagħhom permezz ta' taħriġ speċjalizzat
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow