Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Jgħaddi unanimament l-Abbozz ta’ Liġi li jiggarantixxi protezzjoni lil persuni b’diżabilità fil-Kostituzzjoni

pr261238
Date Icon 22/07/2026

Illum, il-Parlament Malti ħa pass storiku fejn unanimament ivvota sabiex tiġi emendata l-Kostituzzjoni ta’ Malta wara Abbozz imressaq mill-Ministru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat Julia Farrugia. Permezz ta’ dan se tiżdied id-diżabilità bħala karatteristika protetta fir-rigward tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali garantiti minn tali Kostituzzjoni.

Il-Ministru Farrugia spjegat illi dan l-Abbozz tressaq mhux biex persuni b’diżabilità jingħataw drittijiet ġodda, għaliex dawn id-drittijiet huma diġà garantiti permezz tal-obbligi internazzjonali ta’ Malta, kif ukoll ta’ liġijiet oħra domestiċi. Madanakollu kien għadu mhux possibbli illi persuna jew entità tagħmel talba dwar ksur ta’ drittijiet, jew dwar diskriminazzjoni, fir-rigward tal-garanziji fundamentali li tipprovdi għalihom il-Kostituzzjoni ta’ Malta. Għaldaqstant dan il-pass kien meħtieġ sabiex din il-garanzija tidħol fis-seħħ billi formalment jiġu estiżi l-protezzjonijiet Kostituzzjonali u d-dritt li persuna tkun tista’ tieħu azzjoni.

“Qegħdin nikkonfermaw, fl-ogħla liġi tal-pajjiż, illi kull persuna b’diżabilità f’Malta u f’Għawdex hija wkoll parti min-nazzjon tagħna. B’dan il-pass, qegħdin irroddu lura d-dinjità lil dawn il-persuni, bl-istess mod illi dan il-Gvern ra li tiġi ritornata d-dinjità lill-persuni LGBTIQ+ permezz ta’ emendi simili fl-2014,” sostniet il-Ministru Farrugia. 

Il-Ministru Farrugia qalet ukoll li dan mhuwiex ġest simboliku biss iżda parti minn pakkett usa’ u kontinwu ta’ miżuri, kemm leġislattivi kif ukoll prattiċi, illi dan il-Gvern ser ikompli jwettaq skont il-Manifest Elettorali tiegħu. “Dawn il-miżuri jinkludu skemi bħall-estensjoni tal-assistenza personali u l-baġits personali, bħala għodda lejn l-għixien indipendenti. Dan flimkien ma’ leġislazzjoni kumplimentarja li ssaħħaħ il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni abbażi tad-diżabilità, permezz tat-tisħiħ tal-proċessi marbuta ma’ lmenti u infurzar, kif ukoll aċċess għall-ġustizzja u tal-istrutturi rilevanti, f’konformità mal-obbligi ta’ pajjiżna u dawk internazzjonali,” temmet tgħid il-Ministru Julia Farrugia. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow