Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-MOBBILTÀ SOSTENIBBLI Il-Ministeru għall-Mobbiltà Sostenibbli jsegwi b’attenzjoni inċident li jinvolvi bastiment li jtajjar bandiera Maltija

PR261225
Date Icon 21/07/2026

Il-Ministeru għall-Mobilità Sostenibbli qed isegwi mill-viċin inċident li jinvolvi tanker taż-żejt bl-isem M/T KAVOMALEAS, li jtajjar il-bandiera Maltija, wara li dan kien fil-mira ta' attakk waqt li kien qed ibaħħar qrib il-kosta tal-Oman.

Skont l-informazzjoni li għandhom f'idejhom l-awtoritajiet Maltin bħalissa, it-23 membru tal-ekwipaġġ ġew salvati kollha mill-awtoritajiet tal-Oman u ma ġew rrappurtati l-ebda midruba jew mejta. Il-Ministeru jinsab f'kuntatt kontinwu mal-awtoritajiet ikkonċernati kif ukoll mal-management u r-rappreżentanti tal-bastiment filwaqt li s-sitwazzjoni qed tkompli tiżviluppa.

Id-Direttorat tal-Bastimenti Merkantili, flimkien maċ-Ċentru ta' Koordinazzjoni tas-Salvataġġ ta' Malta (RCC Malta), ilhom impenjati b'mod attiv mill-ewwel notifika tal-inċident, u żammew komunikazzjoni kontinwa mal-management u mal-awtoritajiet kompetenti li qed jikkoordinaw ir-rispons.

Il-Ministru għall-Mobilità Sostenibbli, Chris Bonett, laqa' b'sodisfazzjon il-konferma li l-membri kollha tal-ekwipaġġ inġiebu lejn il-kosta qawwijin u sħaħ, u wera l-apprezzament tiegħu lejn l-awtoritajiet tal-Oman għar-rispons rapidu u professjonali tagħhom. “Is-sigurtà tal-baħħara tibqa' l-ogħla prijorità tagħna. Huwa ta' serħan il-moħħ li l-membri kollha tal-ekwipaġġ ġew salvati b'suċċess u ninsabu grati lejn l-awtoritajiet tal-Oman għall-assistenza immedjata tagħhom. Malta se tkompli taqdi r-responsabbiltajiet tagħha bħala bandiera ewlenija ta' kwalità billi tkompli ssegwi dan l-inċident mill-qrib filwaqt li tikkopera mal-awtoritajiet internazzjonali rilevanti kollha."

Il-Ministeru jtenni l-impenn ta' Malta favur is-sikurezza u s-sigurtà tan-navigazzjoni internazzjonali u l-protezzjoni ta' dawk kollha li jservu fuq il-baħar u se jkompli jsegwi l-iżviluppi mill-viċin filwaqt li jipprovdi kull għajnuna meħtieġa bħala Stat responsabbli.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow