Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Xogħlijiet li se jagħtu dehra isbaħ u serħan il-moħħ lir-residenti fi Triq A.M. Valperga fil-Fgura

pr261222
Date Icon 20/07/2026

Il-Ministru għall-Infrastruttura, l-Ippjanar u x-Xogħol Jonathan Attard, flimkien mal-Kap Eżekuttiv ta’ Infrastructure Malta Steve Ellul u s-Sindku tal-Fgura Clayton Cascun Portelli, żaru ix-xogħlijiet li għaddejjin fi Triq A.M. Valperga fil-Fgura.

“Din il-ġimgħa bdejna l-impenji tagħna hawnhekk f’din it-triq fejn Infrastructure Malta qed twettaq il-funzjoni tagħha biex ikun assigurat mhux biss l-aspett tas-servizzi imma wkoll is-sigurtà neċessarja għar-residenti f'din l-akwata,” qal il-Ministru Attard.

Bħala parti minn dan il-proġett, saret il-kostruzzjoni ta’ triq ġdida mill-bidu nett. Sabiex l-intervent jintegra aħjar mal-ambjent rurali tal-madwar, il-faċċata tal-blokki li tagħti lejn l-għelieqi ġiet miksija b’qoxra ta’ ġebla Maltija inkorporata fil-kostruzzjoni, biex tikkumplimenta l-karattru tradizzjonali tal-inħawi u l-ħitan tas-sejjieħ eżistenti fil-viċinanzi.

Il-proġett jinkludi wkoll xogħlijiet infrastrutturali estensivi, fosthom il-kostruzzjoni ta’ main ġdid tal-ilma, it-tibdil u l-aġġornament tas-sistema tad-drenaġġ, il-bini ta’ parking bays tal-konkos, kif ukoll ir-rikostruzzjoni tal-bankini eżistenti. 

“Minħabba li parti mit-triq ġiet reċentement iffurmata, kien meħtieġ li l-kostruzzjoni tagħha ssir b’attenzjoni partikolari għall-kwalità, is-sigurtà u s-servizzi meħtieġa għar-residenti u dawk li jagħmlu użu minn din it-triq”, qal il-Ministru Attard.

Il-Perit ta’ Infrastructure Malta Luke Bartolo spjega li din it-triq li kienet skedata issa qed tinbena mill-ġdid minħabba sitwazzjoni ta’ diżlivell. 

Is-Sindku tal-Fgura Clayton Cascun Portelli faħħar lil dawk kollha involuti f’dawn ix-xogħlijiet li mhux biss jinkludu servizzi ġodda imma saħansitra wiċċ ġdid. “Nirringrazzja lill-Ministeru, lil Infrastructure Malta, lill-Periti u lill-ħaddiema kollha involuti f’dan il-proġett li minnu se jkunu qegħdin igawdu ferm ir-residenti tagħna”, temm jgħid is-Sindku.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Xogħlijiet li se jagħtu dehra isbaħ u serħan il-moħħ lir-residenti fi Triq A.M. Valperga fil-Fgura
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Xogħlijiet li se jagħtu dehra isbaħ u serħan il-moħħ lir-residenti fi Triq A.M. Valperga fil-Fgura
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow