Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL U MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR

pr261220
Date Icon 20/07/2026

Terġa’ tiftaħ l-iskema ta’ investiment abbord bastimenti tas-sajd biex tkompli ssaħħaħ is-settur

Il-Gvern qed ikompli jsaħħaħ l-investiment fis-settur tas-sajd permezz tat-tnedija ta’ sejħa ġdida taħt l-iskema Investments on Board Fishing Vessels Scheme, iffinanzjata mill-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akwakultura (EMFAF). Din l-iskema għandha l-għan li tgħin lis-sajjieda Maltin u Għawdxin jimmodernizzaw il-bastimenti tagħhom, itejbu s-sigurtà abbord, iżidu l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u jkomplu jagħmlu s-settur aktar sostenibbli u kompetittiv.

Il-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u l-Provvista tal-Ikel Anton Refalo qal li l-Gvern se jkompli jkun viċin is-sajjieda u jappoġġjahom b’investimenti konkreti li jwieġbu għall-ħtiġijiet tagħhom.

“Din l-iskema hija investiment dirett fil-futur tas-sajd Malti u Għawdxi. Permezz tagħha qed nagħtu lis-sajjieda l-opportunità li jkomplu jimmodernizzaw il-bastimenti tagħhom, itejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol u jżidu l-effiċjenza tal-operat tagħhom. Se nibqgħu naħdmu biex is-settur jibqa’ sostenibbli, reżiljenti u kompetittiv, filwaqt li nkomplu nħarsu l-għajxien tal-familji li jiddependu minnu,” sostna l-Ministru Anton Refalo.

Il-Ministru għall-Fondi Ewropej Keith Azzopardi Tanti qal li l-fondi Ewropej huma għodda kruċjali biex isostnu s-setturi tradizzjonali tagħna u jbiddlu l-isfidi f'opportunitajiet. 

“Il-fondi tal-EMFAF huma xhieda tal-impenn tagħna li nwasslu l-għajnuna Ewropea direttament fejn hemm bżonn. Billi nallokaw dawn ir-riżorsi għat-titjib u t-teknoloġija abbord il-bastimenti, qed niżguraw li l-fondi tal-UE jissarrfu f’impjiegi aktar siguri u f’settur tas-sajd aktar modern u reżiljenti f'Malta u f’Għawdex,” tenna l-Ministru Keith Azzopardi Tanti. 

Is-sejħa hija miftuħa għal sajjieda li għandhom liċenzja MFA jew MFB u tappoġġja investimenti li jkomplu jsaħħu l-modernizzazzjoni, is-sostenibbiltà u l-kompetittività tal-flotta tas-sajd Maltija u Għawdxija.

L-applikazzjonijiet se jkunu miftuħa sat-30 ta' Settembru 2026, filwaqt li aktar informazzjoni dwar il-kriterji ta’ eliġibbiltà u l-proċess tal-applikazzjoni hija disponibbli fuq www.fondi.eu.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL U MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL U MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow