Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Titħabbar sejħa għal żewġ imħallfin

PR261212
Date Icon 17/07/2026

Il-Ministeru għall-Ġustizzja, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni qed joħroġ sejħa għall-ħatra ta’ żewġ imħallfin.

L-applikanti li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fil-Kostituzzjoni ta' Malta u li jesprimu l-interess tagħhom jiġu evalwati mill-Kumitat dwar il-Ħatriet tal-Ġudikatura, stabbilit skont l-Artikolu 96A tal-Kostituzzjoni.

Wara dan il-proċess ta’ evalwazzjoni, jitressqu l-ismijiet ta’ tliet kandidati għal kull kariga, għall-konsiderazzjoni u l-għażla tal-President.

Din is-sejħa tkompli tikkonferma l-impenn tal-Ministeru li jkompli jsaħħaħ dak li huwa l-akbar korp tal-ġudikatura fl-istorja ta’ pajjiżna.

Il-Ministru għall-Ġustizzja, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima saħaq dwar l-impenn kontinwu u kostanti fit-tisħiħ tal-ġudikatura li qiegħed jikkumplimenta l-varji riformi li għaddej minnhom is-settur tal-ġustizzja f’pajjiżna. Dan it-tisħiħ fir-riżorsa umana u l-ispeċjalizzazzjoni huma l-mod ta' kif qegħdin inkomplu ngħollu l-istandards bil-għan li nżidu l-effiċjenza f'dan il-qasam.

Dawk interessati għandhom jibagħtu l-applikazzjoni tagħhom bid-dokumenti kollha sa mhux aktar tard mill-Ġimgħa 7 t’Awwissu 2026 sa 12:00pm, lis-Segretarju tal-Kumitat dwar il-Ħatriet tal-Ġudikatura.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow