Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA Helpline dwar il-prevenzjoni t’abbuż fuq it-tfal

PR261211
Date Icon 17/07/2026

‘Stop it Now! Malta’ huwa helpline ġdid imħaddem mid-Direttorat għall-Ħarsien tat-Tfal, li se jkun qed iservi t’għodda speċjalizzata li ssaħħaħ il-prevenzjoni ta’ abbuż u sfruttament sesswali tat-tfal. Dan is-servizz jingħaqad mal-kullana ta’ servizzi oħra li jippromwovu approċċ proattiv għall-ħarsien tat-tfal permezz tal-edukazzjoni, l-appoġġ u l-intervent bikri.

B’differenza minn servizzi oħrajn, dan il-helpline preventiv 99059414, għandu l-għan li jilqa’ u jipprevjeni sitwazzjonijiet t’abbuż fuq minorenni. Għalissa dan il-helpline se jibda jopera mit-Tnejn sal-Ġimgħa, bejn id-9.00 a.m. u s-1.00 p.m.

Dawn id-dettalji tħabbru waqt konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill-Ministru għall-Politika Soċjali u l-Familja, Michael Falzon fejn spjega kif dan l-eżerċizzju huwa mezz ieħor ta’ kif il-ħaddiema soċjali qed isaħħu l-outreach tagħhom sabiex jipprevjenu kull tip t’abbuż li jista’ jkun hemm fuq minuri.

“Li nipprevjenu huwa kruċjali għax inkunu għadna fil-ħin li nistgħu nagħtu direzzjoni sabiex fi stadju bikri nevitaw li jsir abbuż, li miegħu jġorr konsegwenzi ferm negattivi tul il-kumplament ta’ ħajjithom,” stqarr il-Ministru Michael Falzon.

Dan il-helpline se jservi wkoll ta’ gwida u sostenn għal dik il-persuna sabiex iżomm kontroll fuq l-imġiba tagħha, u huwa maħsub għal kwalunkwe persuna li għandha 18-il sena jew iktar. Persuni li huma mħassba fuq ħsibijiet ta’ natura sesswali lejn persuni ta’ taħt l-età, li tinkludi wkoll imġiba online, jistgħu jirrikorru għal dan is-servizz filwaqt li tiġi rrispettata anke l-anonimità tagħhom. Il-helpline huwa mmirat ukoll għall-individwi li bħalissa qed jiġu investigati fuq akkużi ta’ abbuż sesswali lejn minuri kif ukoll għal familjari u qraba tagħhom. Jista’ jkun t’għajnuna wkoll għal dawk illi għandhom tħassib fuq l-imġiba ta’ persuna oħra.

Il-Kap Eżekuttiv tal-FSWS Alfred Grixti qal li dan il-helpline ġie mniedi sabiex jilqa’ għal ċertu realtajiet bħal abbuż sesswali u anke rapporti relatati ma’ materjal pornografiku li jinvolvi l-minuri. Huwa spjega li ‘Stop it Now! Malta’ huwa mfassal b’kollaborazzjoni ma’ ‘Stop it Now! Uk & Ireland’ li ilu jopera b’suċċess ’il fuq minn 20 sena u li ħalla impatt pożittiv fuq dawk involuti.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA Helpline dwar il-prevenzjoni t’abbuż fuq it-tfal
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA Helpline dwar il-prevenzjoni t’abbuż fuq it-tfal
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow