Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Ir-riformi fil-qasam tal-ġustizzja rikonoxxuti fir-Rapport Annwali dwar is-Saltna tad-Dritt

PR261209
Date Icon 17/07/2026

Ir-Rapport Annwali tal-Kummissjoni Ewropea dwar is-Saltna tad-Dritt jenfasizza l-progress sinifikanti li għamlet Malta matul l-aħħar sena fiż-żamma tas-saltna tad-dritt, permezz tat-tisħiħ tas-settur tal-ġustizzja, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni, il-ħarsien tal-libertà tal-midja u t-tisħiħ tal-istandards istituzzjonali kif ukoll iċ-checks and balances.

Ir-rapport jinnota li l-Gvern kompla jagħti prijorità lill-ġustizzja, riflessa wkoll b’żieda ta’ 11% fil-baġit tas-settur għall-2026. Dan l-investiment qed isostni proġetti infrastrutturali, ir-reklutaġġ, it-taħriġ u l-implimentazzjoni tal-istrateġija ta’ trasformazzjoni diġitali. Il-Kummissjoni tirreferi wkoll għall-ftuħ tal-binja l-ġdida tal-Qrati fil-Belt Valletta għall-maġistrati inkwirenti, il-Qorti Kummerċjali u l-Qorti tal-Familja, kif ukoll is-sala addizzjonali fil-Qorti li issa tippermetti li jsiru żewġ ġurijiet fl-istess ħin.

Ir-rapport jirrikonoxxi l-progress ta’ Malta lejn sistema ġudizzjarja aktar speċjalizzata, b’mod partikolari bit-twaqqif tal-Qorti Kummerċjali li hija kompletament dedikata għal dan is-settur, u r-riforma tal-Qorti tal-Familja, it-tnejn adottati f’Marzu 2026 wara konsultazzjoni pubblika. Dawn ir-riformi jiffurmaw parti mill-impenn usa’ tal-Gvern biex iwassal sistema ġudizzjarja aktar effettiva u aċċessibbli. Ir-rapport jinnota wkoll li l-pjattaforma online għall-għajnuna legali issa hija operattiva u appoġġata minn żieda fir-riżorsi allokati lill-Aġenzija għall-Għajnuna Legali.

F’dik li hija responsabbiltà tal-ġudikatura, il-Kummissjoni tinnota b’mod pożittiv il-ħatra tal-Kummissarju l-ġdid għall-Istandards tal-Ġudikatura, li jipprovdi mekkaniżmu strutturat għall-ilmenti dwar membri tal-ġudikatura.

Mill-perspettiva tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni, il-Kummissjoni tirrikonoxxi l-implimentazzjoni kontinwa tal-Istrateġija Nazzjonali ta’ Malta Kontra l-Frodi u l-Korruzzjoni, filwaqt li tinnota li l-maġġoranza tal-miżuri ġew implimentati u li għaddej ix-xogħol dwar strateġija suċċessiva. Tinnota wkoll iż-żieda fir-riżorsi allokati lill-Korp tal-Pulizija u lill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, li appoġġjaw investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet ġodda f’każijiet relatati mal-korruzzjoni.

Ir-rapport jirrikonoxxi wkoll diversi inizjattivi mmirati biex isaħħu t-trasparenza u r-responsabbiltà, fosthom it-tnedija ta’ portal diġitali għall-iżvelar ta’ informazzjoni fl-interess pubbliku (whistleblowing), l-introduzzjoni ta’ sistema integrata ta’ e-management għat-talbiet għall-aċċess għad-dokumenti, u salvagwardji addizzjonali relatati mal-protezzjoni tal-midja u l-governanza. Barra minn hekk, jenfasizza l-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni li tagħti setgħat ġodda lir-regolatur tal-midja u ssaħħaħ aspetti tal-governanza indipendenti tal-midja tas-servizz pubbliku.

Il-Ministru għall-Ġustizzja, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, Clifton Grima laqa’ b’sodisfazzjon il-konklużjonijiet tar-rapport, filwaqt li stqarr li dawn jirriflettu l-progress sostanzjali li kiseb il-Gvern matul l-aħħar snin. Huwa enfasizza li t-tisħiħ tas-Saltna tad-Dritt f’Malta jibqa’ prijorità u li l-Gvern se jkompli jmexxi ’l quddiem aġenda ambizzjuża ta’ riformi permezz ta’ investiment, tisħiħ istituzzjonali u l-impenn kostruttiv ma’ msieħba Ewropej u internazzjonali.

Il-Ministru Grima tenna li l-Gvern jibqa’ impenjat li jibni fuq il-progress miksub billi jkompli jinvesti fl-istituzzjonijiet, iwettaq aktar riformi u jiżgura li s-sistema ġudizzjarja f’Malta taqdi liċ-ċittadini b’effiċjenza, ġustizzja u fiduċja.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow