Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX 68 jiggradwaw fil-Mediċina mill-Queen Mary University of London f’Għawdex

PR261207
Date Icon 17/07/2026

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri indirizza ċ-ċerimonja tal-gradwazzjoni ta' 68 student tal-Mediċina mill-Queen Mary University of London, li saret fil-Pjazza tal-Katidral, fir-Rabat, Għawdex.

Waqt id-diskors tiegħu, il-Ministru Camilleri stqarr li “llum qed niċċelebraw mhux biss il-kisba akkademika tal-gradwati l-ġodda, iżda wkoll il-bidu ta' vokazzjoni mibnija fuq is-servizz lejn in-nies. Kull investiment li qed nagħmlu fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex għandu għan wieħed: li noffru kura tas-saħħa tal-ogħla livell lill-pazjenti, filwaqt li nibnu ambjent fejn il-professjonisti tas-saħħa u l-ġenerazzjonijiet futuri ta' tobba jkunu jistgħu jitgħallmu, jiżviluppaw u jeċċellaw. Is-sħubija ma' Queen Mary University of London qed tkompli ssaħħaħ il-viżjoni tagħna li Għawdex ikun ċentru ta' eċċellenza fil-kura tas-saħħa u fl-edukazzjoni medika."

Filwaqt li awgura lill-gradwati għall-kisba tagħhom u qal li din il-gradwazzjoni timmarka l-bidu ta' karriera ddedikata għall-kura u s-servizz lejn il-pazjenti, semma kif l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex qed ikompli jissaħħaħ bħala ċentru ta' eċċellenza, fejn il-kura tas-saħħa u t-taħriġ mediku jimxu id f'id.

Il-Ministru semma l-investimenti li twettqu fl-Isptar, fosthom it-tisħiħ tal-Cardio-Respiratory Unit, il-ftuħ tal-Early Pregnancy Room u investiment f'teknoloġija dijanjostika moderna, inklużi MRI scanner, CT scanner ġdid, tagħmir avvanzat għall-immaġini kardijaċi, ultrasound machines addizzjonali u bone density scanner. Spjega li dawn l-investimenti qed iwasslu għal dijanjosi aktar mgħaġġla, kura aktar effiċjenti u inqas bżonn li pazjenti Għawdxin jivvjaġġaw lejn Malta.

Huwa tkellem ukoll dwar il-proġetti li bħalissa jinsabu għaddejjin, fosthom l-espansjoni tad-Dipartiment tal-Outpatients, Women's Health Unit ġdida, laboratorju modernizzat, Pharmacy Department ġdid b'teknoloġija robotika, it-titjib tal-Coronary Care Unit u tal-Intensive Therapy Unit, kif ukoll żewġ swali tal-operazzjonijiet ġodda.

Il-Ministru Clint Camilleri enfasizza wkoll l-importanza tas-sħubija ma' Queen Mary University of London, li permezz tagħha l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex sar sptar ta' tagħlim, u qal li din il-kollaborazzjoni qed toffri benefiċċji kemm għall-istudenti, kif ukoll għall-pazjenti u għall-professjonisti tas-saħħa.

Huwa semma wkoll il-proġetti futuri, fosthom Renal Unit ġdida, helipad, servizz mediku bid-drones u, fuq kollox, il-viżjoni fit-tul għall-iżvilupp ta' sptar ġdid għal Għawdex.

Il-Ministru Clint Camilleri temm billi ħeġġeġ lill-gradwati biex iwettqu l-professjoni tagħhom b'kompassjoni, integrità u umiltà filwaqt li sostna li l-Gvern se jibqa' impenjat li f'Għawdex jibni sptar fejn il-ġenerazzjonijiet futuri ta' tobba jkunu jistgħu jitgħallmu u fejn il-pazjenti jirċievu kura tal-ogħla livell b'dinjità u kompassjoni.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX 68 jiggradwaw fil-Mediċina mill-Queen Mary University of London f’Għawdex
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX 68 jiggradwaw fil-Mediċina mill-Queen Mary University of London f’Għawdex
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX 68 jiggradwaw fil-Mediċina mill-Queen Mary University of London f’Għawdex
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX 68 jiggradwaw fil-Mediċina mill-Queen Mary University of London f’Għawdex
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow