Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Waqt il-Maratona tal-Volleyball b’risq id-Dar tal-Providenza l-Prim Ministru Robert Abela jħabbar id-dħul fis-seħħ ta’ żewġ liġijiet importanti fil-qasam tad-diżabilità

pr261202
Date Icon 17/07/2026

Il-Prim Ministru Robert Abela, flimkien mal-Ministri Michael Falzon, Byron Camilleri, Miriam Dalli u Malcolm Paul Agius Galea, attenda għall-ftuħ tas-16-il edizzjoni tal-Maratona tal-Volleyball BOV b'risq id-Dar tal-Providenza. Din l-attività ta' 53 siegħa tlaqqa' flimkien għadd kbir ta' atleti u voluntiera għal għan nobbli. Dr Abela faħħar is-sens qawwi ta' volontarjat li jikkaratterizza din il-maratona, kif ukoll l-użu tal-isport bħala mezz biex jiġi imbuttat stil ta' ħajja b'saħħtu u, fl-istess waqt, titwassal kawża ġusta.

F'dan il-kuntest, il-Prim Ministru fakkar li l-Parlament approva żewġ liġijiet importanti, jiġifieri l-Att dwar l-Awtonomija Personali u l-Att dwar il-Protezzjoni ta' Adulti Vulnerabbli. Huwa ħabbar li llum dawn il-liġijiet se jibdew jitħaddmu favur il-persuni b'diżabilità u l-adulti vulnerabbli.

Dwar l-Att dwar l-Awtonomija Personali, il-Prim Ministru spjega li l-bidliet huma mibnija fuq il-prinċipju li ħadd ma għandu jieħu deċiżjonijiet f'isem persuna oħra, sakemm ma jkunx totalment impossibbli għaliha li tiddeċiedi. “L-ikbar ħaġa li nistgħu nagħtu lill-persuni b'diżabbilità hija dik li nagħtuhom l-awtonomija. Kull fejn huwa possibbli din il-liġi se tassigura illi jkollhom id-dritt tal-awtonomija fil-ħajja," qal il-Prim Ministru Robert Abela.

Permezz tat-teħid appoġġat ta' deċiżjonijiet, persuna li tkun teħtieġ l-għajnuna tkun tista' tirċievi l-appoġġ meħtieġ filwaqt li tibqa' tgawdi l-awtonomija personali tagħha.

Il-Prim Ministru ħabbar ukoll li daħal fis-seħħ l-Att dwar il-Protezzjoni ta' Adulti Vulnerabbli. Dan se jiffaċilita l-għoti ta' għajnuna meta adult vulnerabbli, fosthom anzjani jew persuni adulti b'diżabilità, ikollu l-protezzjoni tas-soċjetà. 

Dr Abela sostna li d-dħul fis-seħħ ta' dawn iż-żewġ liġijiet jimmarka pass importanti ieħor fil-ħidma ta' dan il-Gvern favur is-settur tad-diżabilità. Fl-istess waqt l-applikazzjoni ta' dawn iż-żewġ liġijiet tkompli tixhed ir-rieda politika li għandu l-Gvern biex jitwettaq dak imwiegħed li jwassal fl-ewwel mitt jum ta' din l-amministrazzjoni.

Huwa rringrazzja lill-atleti, lill-voluntiera, lill-ħaddiema u lit-tmexxija tad-Dar tal-Providenza, immexxija minn Fr Martin Micallef, għas-servizz kbir li jagħtu lill-persuni b'diżabilità u lill-familji tagħhom.

Il-Prim Ministru Robert Abela preżenta wkoll donazzjoni ta' €20,000 mill-Fond għall-Kawżi Soċjali sabiex tkompli tiġi sostnuta l-ħidma importanti li ssir fid-Dar tal-Providenza.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Waqt il-Maratona tal-Volleyball b’risq id-Dar tal-Providenza l-Prim Ministru Robert Abela jħabbar id-dħul fis-seħħ ta’ żewġ liġijiet importanti fil-qasam tad-diżabilità
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Waqt il-Maratona tal-Volleyball b’risq id-Dar tal-Providenza l-Prim Ministru Robert Abela jħabbar id-dħul fis-seħħ ta’ żewġ liġijiet importanti fil-qasam tad-diżabilità
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Waqt il-Maratona tal-Volleyball b’risq id-Dar tal-Providenza l-Prim Ministru Robert Abela jħabbar id-dħul fis-seħħ ta’ żewġ liġijiet importanti fil-qasam tad-diżabilità
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Waqt il-Maratona tal-Volleyball b’risq id-Dar tal-Providenza l-Prim Ministru Robert Abela jħabbar id-dħul fis-seħħ ta’ żewġ liġijiet importanti fil-qasam tad-diżabilità
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Waqt il-Maratona tal-Volleyball b’risq id-Dar tal-Providenza l-Prim Ministru Robert Abela jħabbar id-dħul fis-seħħ ta’ żewġ liġijiet importanti fil-qasam tad-diżabilità
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow