Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Aċċess aħjar għas-servizzi online għall-pazjenti fl-Isptar Monte Karmeli

pr261200
Date Icon 16/07/2026

Inawgurat iċ-Ċentru CLiC, b’tagħmir diġitali aktar sigur, taħt superviżjoni 

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Ian Borg fetaħ iċ-ċentru CLiC, b’faċilitajiet ġodda teknoloġiċi sabiex il-pazjenti tal-Isptar Monte Karmeli ikollhom aċċess aktar sigur għall-Internet u servizzi essenzjali oħra online.

Il-Proġett CLiC, Connected Living & Inclusion Centre, twettaq mill-ħaddiema tal-Isptar Monte Karmeli, b’inizzjattiva li nibtet minn proposta tal-President Emeritus Marie Louise Coleiro Preca, u b’kollaborazzjoni bejn in-National Mental Health Services u l-Malta Trust Foundation, il-fondazzjoni mmexxija mill-istess President Emeritus. L-aġenzija MITA wkoll kellha sehem kruċjali f’dan il-proġett,  hekk kif ipprovdiet il-kompjuters u tagħmir ieħor li se jużaw il-pazjenti għal aċċess diġitali u konnettività aktar komda u sigura.

Permezz ta’ dan iċ-ċentru, il-pazjenti f’dan l-isptar, issa għandhom aċċess aħjar, taħt superviżjoni adekwata, għat-teknoloġiji diġitali,  sabiex ikunu jistgħu jikkomunikaw mal-familjari, jieħdu ħsieb ħtiġijiet amministrattivi personali online, u jiżviluppaw il-ħiliet diġitali tagħhom. Fl-istess ħin, CLiC joffri wkoll spazju dedikat lill-kliniċisti u lill-Occupational Therapists għal taħriġ li jsaħħaħ l-awtonomija u jħejji lill-pazjenti sabiex jerġgħu jintegraw ruħhom fil-komunità.

Waqt il-ftuħ taċ-ċentru, id-Deputat Prim Ministru tenna l-impenn tal-Gvern li jkompli jinvesti biex itejjeb il-kwalità tal-ħajja tal-pazjenti, anke bi proġetti li jkomplu jsaħħu s-servizzi tas-saħħa mentali.

“Dan l-ispazju li qabel kien jeħtieġ riġenerazzjoni issa sar ċentru li jagħti opportunitajiet ġodda lil dawk kollha li se jużawh fiż-żmien li ġej. Inizjattivi bħal dawn, mibnija fuq il-kollaborazzjoni, jagħmlu differenza tanġibbli u jkomplu jagħtu kwalità ta’ ħajja aħjar,” qal Dr Borg.

Il-President Emeritus Marie Louise Coleiro Preca qalet li “dan iċ-ċentru huwa ta’ sodisfazzjon kbir għalina għaliex fih ir-residenti ta’ Monte Karmeli se jkunu jistgħu jikkomunikaw aħjar, jiltaqgħu flimkien u jitħarrġu.”

Dan il-proġett ikompli jibni fuq diversi investimenti oħra fl-Isptar Monte Karmeli, fosthom il-ftuħ ta’ żewġ swali ġodda f’dawn l-aħħar ġimgħat, minflok tnejn oħra aktar qodma li issa se jiġu rinovati wkoll. Inizzjattivi bħaċ-ċentru CLiC huma xhieda tal-viżjoni tal-Gvern li jkompli jaħdem għal servizzi tas-saħħa mentali aħjar, b’faċilitajiet u servizzi aktar avvanzati, inklużivi u ffukati fuq il-benesseri tal-pazjenti, filwaqt li jkompli jinvesti f’inizjattivi li jippromwovu d-dinjità, l-awtonomija u l-inklużjoni soċjali.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Aċċess aħjar għas-servizzi online għall-pazjenti fl-Isptar Monte Karmeli
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Aċċess aħjar għas-servizzi online għall-pazjenti fl-Isptar Monte Karmeli
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Aċċess aħjar għas-servizzi online għall-pazjenti fl-Isptar Monte Karmeli
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow