Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU L-MTA ssaħħaħ l-infurzar fuq akkomodazzjoni turistika għall-kiri

PR261197
Date Icon 16/07/2026

Matul l-aħħar jumejn, it-tim tal-infurzar fi ħdan l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) wettaq operazzjoni intensiva ta' spezzjonijiet immirati lejn proprjetajiet ta' akkomodazzjoni turistika għall-kiri fil-lokalità tas-Swieqi. L-operazzjoni tifforma parti mill-ħidma kontinwa tal-MTA biex tiżgura konformità sħiħa mal-qafas regolatorju li jirregola dan is-settur u biex tkompli ssaħħaħ il-kwalità tal-prodott turistiku Malti.

B'kollox, uffiċjali tal-MTA wettqu 252 spezzjoni. Mill-ispezzjonijiet li saru rriżulta li 67 proprjetà instabu li kisru rekwiżit wieħed jew aktar relatat mal-liċenzjar jew operat. Barra minn hekk, 6 proprjetajiet instabu joperaw mingħajr il-liċenzja jew l-awtorizzazzjoni meħtieġa. Bħala riżultat tal-irregolaritajiet identifikati, s'issa nħarġu 14-il Avviż ta' Infurzar (Enforcement Notices), filwaqt li 6 proprjetajiet ser ikunu blacklisted skont id-dispożizzjonijiet tal-Leġislazzjoni Sussidjarja 409.24.

Il-Ministru għat-Turiżmu Jo Etienne Abela qal li dawn ir-riżultati juru biċ-ċar li l-Gvern huwa determinat li jkompli jsaħħaħ il-governanza fis-settur turistiku u jassigura li l-operaturi kollha jimxu mal-istess regoli.

"Il-kwalità u r-reputazzjoni tat-turiżmu Malti jiddependu fuq is-serjetà li biha ninfurzaw ir-regolamenti. Għandna responsabbiltà lejn l-operaturi li jinvestu u jħaddmu n-negozji tagħhom b'mod korrett, kif ukoll lejn ir-residenti u l-viżitaturi tagħna. Min jagħżel li jopera barra mil-liġi għandu jkun jaf li se jiffaċċja azzjoni immedjata u deċiżiva", tenna Dr Abela.

Il-Ministru Abela żied li dawn l-operazzjonijiet ta' infurzar huma parti minn strateġija usa' li għandha l-għan li tkompli ttejjeb il-kwalità tal-akkomodazzjoni turistika u ssaħħaħ il-kompetittività ta' Malta bħala destinazzjoni li tpoġġi l-kwalità, il-konformità u s-sostenibbiltà fiċ-ċentru tal-iżvilupp tagħha.

L-ispezzjonijiet ta' segwitu se jkomplu matul il-ġimgħat li ġejjin. L-MTA se tkompli timmonitorja mill-qrib il-konformità fis-settur u mhux se toqgħod lura milli tieħu aktar miżuri ta' infurzar kull fejn jiġu identifikati ksur tar-regolamenti. Il-Ministeru għat-Turiżmu u l-MTA jibqgħu impenjati li jżommu qafas regolatorju b'saħħtu li jappoġġja prodott turistiku sostenibbli u ta' kwalità, filwaqt li jiżguraw kundizzjonijiet ġusti u ekwi għall-operaturi kollha fis-settur.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow