Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Elementi Sajfin 2026 jerġa’ jġib il-komunità flimkien fix-Xgħajra

PR261193
Date Icon 15/07/2026

L-attività annwali Elementi Sajfin 2026, organizzata mill-Kunsill Lokali tax-Xgħajra, se terġa’ tlaqqa’ flimkien residenti, familji u turisti għal serata mimlija mużika, żfin, arti u talent lokali nhar is-Sibt, 18 ta’ Lulju 2026, fil-Milord, ix-Xgħajra.

Din l-attività qed tittella’ wkoll grazzi għall-appoġġ finanzjarju mogħti permezz ta’ skema maħruġa mid-Diviżjoni tal-Gvern Lokali, li permezz tagħha l-Kunsilli Lokali qed jibbenefikaw minn fondi biex jorganizzaw inizjattivi kulturali u soċjali li jkomplu jsaħħu l-ħajja fil-lokalitajiet tagħhom.

Id-dettalji tħabbru mill-Ministru għall-Gvern Lokali u x-Xogħlijiet Pubbliċi Alison Zerafa Civelli flimkien mas-Sindku tal-Kunsill Lokali tax-Xgħajra, Neil Attard. Matul dawn l-aħħar ħames snin, Elementi Sajfin kompla jikber u jattira udjenza wiesgħa ta’ familji, residenti u turisti, b’programm li joffri esperjenza unika mal-baħar. 

L-attività saret appuntament annwali importanti fil-kalendarju kulturali tal-lokalità, fejn il-pubbliku jingħata l-opportunità li jiltaqa’ f’ambjent miftuħ u jgawdi minn esperjenza li tgħaqqad id-divertiment, il-kreattività u t-talent lokali.

Il-Ministru Alison Zerafa Civelli qalet li attivitajiet bħal Elementi Sajfin juru l-importanza tal-ħidma tal-Kunsilli Lokali fil-ħolqien ta’ spazji fejn il-komunitajiet jistgħu jiltaqgħu, jaqsmu esperjenzi u jgawdu minn inizjattivi ta’ kwalità fil-lokalitajiet tagħhom. Hija saħqet li l-Gvern jibqa’ kommess li jkompli jsaħħaħ ir-rwol tal-Kunsilli Lokali bħala l-eqreb livell ta’ gvern għaċ-ċittadin, billi jagħtihom l-appoġġ meħtieġ biex iwettqu inizjattivi li jtejbu l-kwalità tal-ħajja fil-komunitajiet.

“Elementi Sajfin huwa eżempju ċar ta’ kif il-Kunsilli Lokali qed ikomplu jkunu mutur importanti fil-ħajja tal-komunitajiet tagħna. Permezz ta’ inizjattivi bħal din, mhux biss qed noħolqu spazji ta’ divertiment u laqgħat għall-familji, iżda qed nagħtu wkoll valur lit-talent lokali, lill-kultura u lill-identità tal-lokalitajiet tagħna,” temmet tgħid il-Ministru Zerafa Civelli.

Is-Sindku tal-Kunsill Lokali tax-Xgħajra, Neil Attard, spjega li Elementi Sajfin huwa riżultat tal-ħidma kontinwa tal-Kunsill Lokali biex joffri attivitajiet li jġibu lill-komunità flimkien u jippromwovu t-talent u l-kreattività. Spjega li l-edizzjoni ta’ din is-sena se tinkludi wirjiet ta’ mużika live, żfin, kif ukoll attivitajiet oħra adattati għall-familja. Minbarra l-programm artistiku, il-pubbliku se jkun jista’ jgawdi wkoll minn wirja tal-karozzi li se tlaqqa’ flimkien kollezzjoni ta’ vetturi, flimkien ma’ ikel u xorb f’atmosfera unika mal-baħar.

Elementi Sajfin 2026 se ssir bejn is-6:30pm u l-11:00pm fil-Milord, ix-Xgħajra, u d-dħul għall-attività huwa bla ħlas.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Elementi Sajfin 2026 jerġa’ jġib il-komunità flimkien fix-Xgħajra
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Elementi Sajfin 2026 jerġa’ jġib il-komunità flimkien fix-Xgħajra
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow