Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI It-tnedija tal-programm Summer Life Skills Lab 2026 fil-World Youth Skills Day

PR261189
Date Icon 15/07/2026

Fl-okkażjoni tal-World Youth Skills Day, Aġenzija Żgħażagħ nediet il-programm 'Summer Life Skills Lab 2026', programm li joffri opportunitajiet ta' tagħlim mhux formali sabiex iż-żgħażagħ jiżviluppaw il-ħiliet meħtieġa għall-ħajja, għax-xogħol u għall-parteċipazzjoni attiva fis-soċjetà.

Il-Ministru għaż-Żgħażagħ, il-Benesseri u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali, Omar Farrugia żar l-attivitajiet differenti li kienu qed isiru bħala parti mis-Summer Life Skills Lab fejn iltaqa' maż-żgħażagħ parteċipanti u mal-youth workers li jmexxu dawn il-programmi.

Is-Summer Life Skills Lab jiġbor fih firxa estensiva ta' programmi, fosthom boot camps, clubs, programmi ta' premjazzjoni u sessjonijiet ta' life skills li jsiru madwar Malta u Għawdex. Dawn il-programmi huma mmexxija minn youth workers professjonali permezz ta' metodu ta' tagħlim esperjenzjali li jinkoraġġixxi lit-tagħlim permezz tal-parteċipazzjoni, ir-riflessjoni u esperjenzi prattiċi.

Permezz ta' dawn il-programmi, iż-żgħażagħ jiżviluppaw ħiliet essenzjali fit-tmexxija, il-komunikazzjoni, ħidma f'tim, il-kreattività, il-ħsieb kritiku, is-soluzzjoni tal-problemi, ir-reżiljenza, iċ-ċittadinanza attiva u l-impenn fil-komunità. Dawn il-ħiliet jiġu esplorati permezz ta' attivitajiet innovattivi li jinkludu d-drama, il-fotografija, il-produzzjoni tal-films, ir-radju, il-mużika, ir-realtà virtwali, l-intelliġenza artifiċjali, l-edukazzjoni dwar iċ-ċittadinanza u l-attiviżmu.

Din is-sena, aktar minn 600 żagħżugħ u żagħżugħa rreġistraw għal wieħed jew aktar mill-programmi offruti, li flimkien ġġeneraw aktar minn 1,400 parteċipazzjoni matul is-Summer Life Skills Lab.

Il-Ministru Omar Farrugia qal, “Fil-Jum Dinji tal-Ħiliet taż-Żgħażagħ, qegħdin nagħrfu l-potenzjal taż-żgħażagħ tagħna u nkomplu ninvestu fil-ħiliet li għandhom bżonn. Permezz tas-Summer Life Skills Lab ta' Aġenzija Żgħażagħ, mijiet ta' żgħażagħ qed jiżviluppaw ħiliet essenzjali bħal leadership, il-komunikazzjoni, ħidma f'tim u l-ħsieb kritiku permezz ta' esperjenzi ta' tagħlim informali. Dawn l-inizjattivi jkomplu jsaħħu l-impenn tal-Gvern li noħolqu aktar opportunitajiet għaż-żgħażagħ tagħna sabiex jirnexxu fil-ħajja tagħhom u jagħtu sehemhom fis-soċjetà Maltija."

Il-Kap Eżekuttiv ta' Aġenzija Żgħażagħ, Jason Zammit, qal kif ingħata bidu għall-programm Summer Life Skills Lab, li huwa l-programm tas-sajf tal-Aġenzija. Zammit stqarr kif dan il-programm jiffoka fuq il-ħiliet li ż-żgħażagħ jakkwistaw. “Iż-żgħażagħ jiġu hawn u apparti li jieħdu pjaċir, jitgħallmu dawn il-ħiliet. Il-ħiliet li jitgħallmu huma varji fosthom, il-ħsieb kritiku, leadership u anke ħiliet biex huma jkunu l-mexxejja ta' għada, u dan huwa l-iskop tal-programm tas-sajf ta' Aġenzija Żgħażagħ."

Permezz tas-Summer Life Skills Lab, Aġenzija Żgħażagħ tkompli twettaq il-missjoni tagħha li toħloq spazji fejn iż-żgħażagħ jistgħu jiskopru l-potenzjal tagħhom, jibnu l-kunfidenza tagħhom u jiżviluppaw il-ħiliet li jgħinuhom isiru ċittadini attivi u responsabbli.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI It-tnedija tal-programm Summer Life Skills Lab 2026 fil-World Youth Skills Day
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI It-tnedija tal-programm Summer Life Skills Lab 2026 fil-World Youth Skills Day
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI It-tnedija tal-programm Summer Life Skills Lab 2026 fil-World Youth Skills Day
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow