Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Aktar minn €100,000 investiti f’Dar Andrew biex tissaħħaħ il-ħajja indipendenti ta’ persuni b’diżabilità

pr261188
Date Icon 15/07/2026

Persuna b'diżabilità li għal dawn l-aħħar 16-il sena kienet tgħix ma' residenti oħra f'Dar Andrew f'Bormla, issa se tkun tista' tibda kapitlu ġdid f'ħajjitha hekk kif se tgħix b'mod aktar indipendenti fl-appartament il-ġdid li nħoloq permezz ta' investiment ta' aktar minn €100,000 minn Aġenzija Sapport.

Dan tħabbar waqt żjara li l-Ministru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat Julia Farrugia għamlet fir-residenza, fejn ġiet murija r-rinnovazzjoni li twettqet li wasslet għall-ħolqien ta' dan l-ispazju residenzjali ġdid, iddisinjat apposta biex jindirizza l-bżonnijiet individwali tal-persuna u jkompli jrawwem l-għajxien indipendenti.

Permezz ta' dan il-proġett, parti mir-residenza ġiet trasformata f'appartament separat u modern li se jkun qed jakkomoda persuna b'diżabilità li bħalissa tgħix fir-residenza flimkien ma' residenti oħra. Dan l-ispazju ġdid se joffri ambjent aktar adattat għall-bżonnijiet individwali tagħha, filwaqt li jappoġġja t-tranżizzjoni lejn livell akbar ta' indipendenza. Dan il-proġett se jfisser li waħda mis-sitt persuni li ilhom 16-il sena jgħixu flimkien f'din ir-residenza issa se tkun tista' tagħmel il-pass li tgħix b'mod indipendenti fl-appartament il-ġdid.

Il-Ministru Julia Farrugia qalet kif dan il-proġett huwa eżempju ċar tal-impenn tal-Gvern li jkompli jinvesti f'servizzi moderni u personalizzati li jqiegħdu lill-persuna fiċ-ċentru ta' kull deċiżjoni.

“Il-kwalità tal-ħajja ta' persuni b'diżabilità ma titkejjilx biss bis-servizzi li noffru, iżda bl-opportunitajiet li noħolqu biex jgħixu b'mod aktar indipendenti u jkollhom kontroll akbar fuq ħajjithom. Dan l-investiment huwa xhieda tal-prijorità li dan il-Gvern qed jagħti lill-inklużjoni u lill-għajxien indipendenti. Qed nibqgħu ninvestu f'faċilitajiet u servizzi ta' kwalità li jpoġġu lill-persuna fiċ-ċentru ta' kull deċiżjoni, għax nemmnu li Malta għandha tkompli tkun pajjiż fejn kulħadd ikollu l-opportunità jilħaq il-potenzjal tiegħu u jgħix b'dinjità," sostniet il-Ministru Farrugia.

Il-Ministru żiedet tgħid li l-Gvern se jkompli jsaħħaħ il-ħidma ta' Aġenzija Sapport sabiex aktar persuni b'diżabilità jkollhom aċċess għal servizzi li jirrispondu għall-ħtiġijiet individwali tagħhom u li jħejjuhom għal ħajja kemm jista' jkun indipendenti.

Ir-rinnovazzjoni twettqet wara assessjar dettaljat minn occupational therapists u professjonisti oħra, sabiex l-appartament ikun iddisinjat skont il-bżonnijiet speċifiċi tal-individwu. Il-persuna se tibbenefika minn programm individwalizzat iffukat fuq it-tisħiħ tal-ħiliet għall-għajxien indipendenti, bl-appoġġ kontinwu ta' żewġ professjonisti. Ix-xogħlijiet inkludew tibdil strutturali, rinnovazzjoni tal-kamra tal-banju, sistemi ġodda tad-dawl u tal-ilma, arja kkundizzjonata, aperturi, bibien u għamara ġdida, kollha mfassla biex joffru ambjent modern, sigur u aċċessibbli.


Min-naħa tiegħu, il-Kap Eżekuttiv ta' Aġenzija Sapport Oliver Scicluna saħaq kif dan il-proġett juri biċ-ċar il-ħidma fil-prattika ta' żewġ prinċipji marbuta mal-istrateġija tal-Aġenzija, dak ta' servizzi personalizzati u dak ta' għajxien indipendenti. “Dan il-proġett ġie mfassal fuq il-pjanijiet individwalizzati, u skont il-bżonnijiet tal-persuna b'diżabilità bl-għan li jissaħħaħ l-għajxien indipendenti ssapportjat. Pjanijiet li kemm il-persuna nnifisha, il-familjari tagħha u l-professjonisti involuti fil-ħajja tal-individwu jfasslu flimkien għall-kwalità ta' ħajja aħjar," temm jgħid il-Kap Eżekuttiv.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Aktar minn €100,000 investiti f’Dar Andrew biex tissaħħaħ il-ħajja indipendenti ta’ persuni b’diżabilità
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Aktar minn €100,000 investiti f’Dar Andrew biex tissaħħaħ il-ħajja indipendenti ta’ persuni b’diżabilità
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Aktar minn €100,000 investiti f’Dar Andrew biex tissaħħaħ il-ħajja indipendenti ta’ persuni b’diżabilità
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow