Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL Il-Ministru Refalo jipparteċipa fil-Kunsill tal-Ministri tal-Agrikoltura u s-Sajd fi Brussell

PR261182
Date Icon 14/07/2026

Il-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u l-Provvista tal-Ikel Anton Refalo pparteċipa fil-laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri tal-Agrikoltura u s-Sajd tal-Unjoni Ewropea, li saret fi Brussell. Matul il-laqgħa, il-Ministri Ewropej iddiskutew diversi temi importanti għall-futur tas-settur agrikolu, fosthom l-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bhejjem u l-Pjan tal-Proteini, ir-rwol tan-nisa fl-agrikoltura u kwistjonijiet kummerċjali relatati mal-agrikoltura.

Fid-diskussjoni dwar l-Istrateġija Ewropea għall-Bhejjem u l-Pjan tal-Proteini, il-Ministru Refalo laqa' l-enfasi fuq il-ġestjoni tar-riskju, ir-riċerka, l-innovazzjoni u t-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkulari. Huwa saħaq li dawn huma elementi essenzjali biex jinbena settur aktar reżiljenti, sostenibbli u kompetittiv. Fl-istess waqt, il-Ministru tenna li kull strateġija Ewropea għandha tirrikonoxxi r-realtajiet differenti tal-Istati Membri u tipprovdi biżżejjed flessibbiltà sabiex pajjiżi bħal Malta jkunu jistgħu jindirizzaw l-isfidi u l-limitazzjonijiet partikolari tagħhom.

Il-Ministru Refalo intervjena wkoll waqt id-diskussjoni dwar ir-rwol tan-nisa fl-agrikoltura. Huwa enfasizza li għal diversi sekli, in-nisa kienu u għadhom pilastru importanti fis-settur agrikolu Malti u li l-kontribut tagħhom imur lil hinn mill-produzzjoni primarja, bi rwol importanti fil-ġestjoni tal-azjendi, fl-ipproċessar tal-ikel, fil-kummerċjalizzazzjoni u fl-intraprenditorija rurali. Malta sostniet il-ħtieġa għal aktar viżibbiltà, aċċess għat-taħriġ, servizzi ta' konsulenza, innovazzjoni u appoġġ għall-investiment, filwaqt li jiġu indirizzati l-isfidi marbuta mal-aċċess għall-art u s-suċċessjoni tal-azjendi agrikoli.

Matul il-laqgħa ġew diskussi wkoll kwistjonijiet kummerċjali relatati mal-agrikoltura, b'enfasi fuq il-promozzjoni u l-protezzjoni tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi. Il-Ministru Refalo spjega li Malta tqis il-Politika Agrikola Komuni bħala strument kruċjali biex tissaħħaħ il-promozzjoni tal-prodotti ta' kwalità. Huwa semma wkoll il-ħidma li qed issir f'pajjiżna permezz ta' kampanji ta' għarfien, fieri kummerċjali u għodod diġitali biex jiżdied ir-rikonoxximent tal-prodotti ta' kwalità u l-parteċipazzjoni f'dawn l-iskemi. Malta saħqet ukoll fuq il-ħtieġa ta' ftehimiet kummerċjali robusti u koordinazzjoni internazzjonali aktar b'saħħitha biex jiġu protetti tali prodotti Ewropej fis-swieq ta' pajjiżi terzi.

“Jeħtieġ li l-politiki Ewropej ikomplu jirriflettu r-realtajiet differenti tal-Istati Membri, filwaqt li noħolqu aktar opportunitajiet għall-bdiewa, għaż-żgħażagħ u għan-nisa fis-settur. Permezz tal-innovazzjoni, l-investiment u l-protezzjoni tal-prodotti ta' kwalità tagħna, nistgħu nkomplu nsaħħu s-settur agrikolu biex ikun aktar reżiljenti, kompetittiv u sostenibbli għall-ġenerazzjonijiet futuri," temm jgħid il-Ministru Refalo.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL Il-Ministru Refalo jipparteċipa fil-Kunsill tal-Ministri tal-Agrikoltura u s-Sajd fi Brussell
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL Il-Ministru Refalo jipparteċipa fil-Kunsill tal-Ministri tal-Agrikoltura u s-Sajd fi Brussell
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL Il-Ministru Refalo jipparteċipa fil-Kunsill tal-Ministri tal-Agrikoltura u s-Sajd fi Brussell
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow