Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Għall-ewwel darba l-komunità tal-Imsida qed tgawdi minn pjazza ġdida fil-qalba tal-lokalità

PR261177
Date Icon 13/07/2026

Għall-ewwel darba, il-komunità tal-Imsida qed tgawdi minn pjazza ġdida u spazji pubbliċi riġenerati fil-qalba tal-lokalità, hekk kif din il-parti importanti tal-Proġett tal-Imsida Creek infetħet għall-pubbliku kif imwiegħed qabel iċ-ċelebrazzjonijiet tal-festa parrokjali. 

Iċ-ċelebrazzjonijiet bdew fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet b’attivitajiet għat-tfal u l-familji kif ukoll bl-armar tal-Ġostra tant għal qalb il-Misidjani u jkomplu skont il-programm mfassal li se jkun qiegħed jinkludi l-finali tal-ġostra tant mistennija.

Il-pjazza l-ġdida, flimkien ma’ partijiet mill-promenade tax-xatt, qed toffri ambjent aktar modern, sigur u aċċessibbli għar-residenti u l-viżitaturi, filwaqt li qed tagħti identità ġdida lil wieħed mill-aktar spazji ċentrali tal-lokalità.

Il-Ministru għall-Infrastruttura, l-Ippjanar u x-Xogħol Jonathan Attard, flimkien mal-Kap Eżekuttiv ta’ Infrastructure Malta Steve Ellul u l-Kunsill Lokali żaru l-post fejn setgħu jaraw mill-qrib kif dawn l-ispazji ġodda bdew jintużaw mill-komunità kif imwiegħed fl-aħħar ġimgħat.

“B’sodisfazzjon ninnota li l-iskadenzi marbuta mat-twettiq tal-pjazza bħala parti mill-proġett hawnhekk fl-Imsida inżammu b'tali mod illi issa l-komunità tal-Imsida tista' tiċċelebra il-festa liberament u anzi aħjar mis-snin ta' qabel għaliex issa għandhom pjazza ġdida li fiha jistgħu jużawha għall-iskop mhux biss tal-festa imma wkoll għal skop soċjali u komunitarji tagħhom”, qal il-Ministru Attard.

Filwaqt li dawn iż-żoni issa huma miftuħa għall-pubbliku, ix-xogħlijiet fuq partijiet oħra tal-proġett qed ikomplu għaddejjin, inkluż xogħlijiet konklużivi fuq il-parti ta’ wara tal-pjazza biex tkun tista’ ssir il-purċissjoni tal-vara skont it-tradizzjoni. 

Il-Ministru Attard temm jgħid li dan huwa tragward importanti fi proġett li se jkompli jittrasforma din iż-żona b’mod pożittiv għall-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri.

Min-naħa tiegħu, il-Kap Eżekuttiv ta’ Infrastructure Malta Steve Ellul qal li l-ftuħ tal-pjazza għall-pubbliku jirrappreżenta pass ieħor importanti lejn it-tlestija tal-viżjoni usa’ għall-Imsida Creek. “Din hija kisba oħra importanti fil-proġett tal-Imsida għaliex issa qegħdin nagħtu spazji miftuħa ġodda li l-Imsida qatt ma kellha. Proprju hawnhekk pjazza ta' kważi 2200 metru kwadru, pjazza li bejn wieħed u ieħor  fiha daqs Pjazza San Ġorġ fil-Belt Valletta li ssostitwixxiet dawk li qabel kienu erba’ karreġġjati”, qal is-Sur Ellul.

Il-Gvern u Infrastructure Malta jibqgħu impenjati li jwasslu l-bqija tal-proġett b’mod responsabbli u effiċjenti, sabiex il-komunità tal-Imsida u l-pubbliku inġenerali jkomplu jgawdu minn ambjent modern, aċċessibbli u sostenibbli.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Għall-ewwel darba l-komunità tal-Imsida qed tgawdi minn pjazza ġdida fil-qalba tal-lokalità
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Għall-ewwel darba l-komunità tal-Imsida qed tgawdi minn pjazza ġdida fil-qalba tal-lokalità
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Għall-ewwel darba l-komunità tal-Imsida qed tgawdi minn pjazza ġdida fil-qalba tal-lokalità
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow