Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U L-PROĠETTI STRATEĠIĊI Tinħareġ is-sejħa għall-offerti għall-iżvilupp tal-European Digital Identity Wallet

PR261171
Date Icon 13/07/2026


L-Awtorità tal-Innovazzjoni Diġitali ta' Malta (MDIA) ħarġet sejħa għall-offerti għall-iżvilupp tal-European Digital Identity (EUDI) Wallet ta' Malta, pass importanti fil-vjaġġ ta' trasformazzjoni diġitali tal-pajjiż u fl-implimentazzjoni tal-European Digital Identity Framework.

Permezz ta' dan il-proġett, Malta qed tieħu l-pass li jmiss lejn l-introduzzjoni ta' soluzzjoni sigura u affidabbli għall-identità diġitali, li tippermetti lill-utenti jaċċessaw servizzi b'mod aktar faċli, filwaqt li jkollhom kontroll akbar fuq kemm u ma' min jaqsmu l-informazzjoni tagħhom.

Iċ-ċittadini u r-residenti Maltin se jkunu jistgħu jużaw il-EUDI Wallet sabiex jidentifikaw ruħhom b'mod sigur online u personalment, jivverifikaw l-età tagħhom meta jkun meħtieġ, jaħżnu dokumenti importanti bħal-liċenzja tas-sewqan, kif ukoll jiffirmaw elettronikament. Din se tkun tista' tintuża kemm f'Malta, kif ukoll madwar l-Unjoni Ewropea.

L-MDIA, li ġiet fdata biex tmexxi l-implimentazzjoni tal-European Digital Identity Wallet ta' Malta, se tkun responsabbli mill-iżvilupp ta' din is-soluzzjoni u mis-sistemi meħtieġa biex taħdem b'mod sigur u tkun kompatibbli ma' dawk ta' pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea.

Il-Ministru għall-Ekonomija, it-Teknoloġija u l-Proġetti Strateġiċi, Silvio Schembri, qal kif, “Din l-inizjattiva tirrifletti l-impenn tagħna li nħaddnu teknoloġiji innovattivi li jtejbu l-esperjenzi ta' kuljum u jsaħħu l-pożizzjoni ta' Malta bħala nazzjon avvanzat diġitalment." 

Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Innovazzjoni Diġitali ta' Malta, Kenneth Brincat, sostna li, “Dan il-proġett huwa eżempju konkret ta' kif nistgħu nużaw teknoloġija innovattiva biex noħolqu servizzi aktar siguri, affidabbli u ffukati fuq il-ħtiġijiet taċ-ċittadini."

Is-sejħa hija miftuħa permezz tas-sistema ePPS, https://www.etenders.gov.mt/epps/cft/prepareViewCfTWS.do?resourceId=13926846, sal-Ħamis 3 ta' Settembru, u l-partijiet interessati huma mħeġġa jissottomettu l-proposti tagħhom.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow