Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL Tkompli l-konsultazzjoni pubblika dwar il-White Paper tal-Politika Agrikola Nazzjonali 2027–2037

PR261170
Date Icon 13/07/2026

Il-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u l-Provvista tal-Ikel kompla bis-sessjonijiet ta' konsultazzjoni pubblika dwar il-White Paper tal-Politika Agrikola Nazzjonali 2027–2037, bil-għan li jkompli jsaħħaħ id-djalogu mal-bdiewa, il-produtturi, l-organizzazzjonijiet fi ħdan is-settur u l-pubbliku dwar il-futur tal-agrikoltura f'Malta.

L-ewwel sessjoni saret fil-Kulleġġ San Injazju, l-Iskola Sekondarja tal-Ħandaq, filwaqt li t-tieni sessjoni saret fl-Experimental Farm fix-Xewkija, Għawdex. Iż-żewġ laqgħat kienu mmexxija mill-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u l-Provvista tal-Ikel Anton Refalo.

Waqt dawn is-sessjonijiet, il-parteċipanti kellhom l-opportunità jesprimu l-fehmiet u l-proposti tagħhom dwar il-White Paper, li se tkun il-bażi għall-Politika Agrikola Nazzjonali għall-perjodu 2027–2037.

Fl-indirizz tiegħu, il-Ministru Anton Refalo enfasizza li l-policy il-ġdida trid tkun mibnija fuq il-kontribut ta' dawk li jaħdmu fis-settur kuljum. “Huwa permezz ta' konsultazzjoni miftuħa li nistgħu nibnu politika agrikola li twieġeb għall-isfidi tal-lum u ta' għada. Irridu niżguraw li l-bdiewa u dawk kollha involuti fis-settur ikollhom vuċi diretta fit-tfassil tal-politika li se tiggwida l-iżvilupp tal-agrikoltura Maltija għas-snin li ġejjin," qal il-Ministru Refalo.

Il-Ministru spjega li l-White Paper tindirizza numru ta' prijoritajiet strateġiċi fosthom il-protezzjoni tal-art agrikola, it-tiġdid ġenerazzjonali fis-settur, is-sostenibbiltà ambjentali, ir-reżiljenza għat-tibdil fil-klima, il-ġestjoni sostenibbli tal-ilma, l-innovazzjoni, il-kompetittività tas-suq u governanza aktar effettiva.

Matul iż-żewġ sessjonijiet saret diskussjoni kostruttiva fejn il-parteċipanti qasmu l-fehmiet tagħhom u ressqu diversi suġġerimenti li se jiġu kkunsidrati matul il-proċess tat-tfassil tal-politika finali.

Ritratti: DOI/MAFF

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL Tkompli l-konsultazzjoni pubblika dwar il-White Paper tal-Politika Agrikola Nazzjonali 2027–2037
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL Tkompli l-konsultazzjoni pubblika dwar il-White Paper tal-Politika Agrikola Nazzjonali 2027–2037
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL Tkompli l-konsultazzjoni pubblika dwar il-White Paper tal-Politika Agrikola Nazzjonali 2027–2037
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL Tkompli l-konsultazzjoni pubblika dwar il-White Paper tal-Politika Agrikola Nazzjonali 2027–2037
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow