Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI Il-Gvern jafferma l-impenn tiegħu favur qafas legali robust għall-intrapriżi soċjali

pr261160
Date Icon 10/07/2026

B’reazzjoni għad-dikjarazzjoni tax-Shadow Minister għas-Self-Employed, l-Intrapriżi Żgħar u l-Koperattivi, Michael Piccinino, il-Gvern jixtieq jafferma u jassigura li l-Abbozz li jemenda l-Att dwar l-Intrapriża Soċjali kien ippreżentat fil-Parlament f'Marzu 2026, u sussegwentement ġie ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern ix-xahar ta' wara. Il-passi li fadal huma sempliċiment kwistjoni ta’ proċedura parlamentari.

Dan il-proċess ma setax jitkompla minħabba li l-Parlament ġie xolt minħabba l-Elezzjoni Ġenerali.

L-Att dwar l-Intrapriża Soċjali jeħtieġ il-ħatra tar-Regolatur qabel ma jidħol fis-seħħ. Wara l-iżviluppi fis-settur inħass li kienu meħtieġa aktar emendi għall-implimentazzjoni tal-Att.

L-Oppożizzjoni dan tafu. Din inżammet aġġornata dwar il-ħidma li qed titwettaq mal-partijiet ikkonċernati matul il-proċess kollu.

Il-Gvern jibqa’ impenjat li jimplimenta qafas kredibbli u robust għall-intrapriżi soċjali — wieħed li jagħti ċertezza lill-operaturi, jipproteġi l-integrità tat-terminu “intrapriża soċjali”, u jiżgura li dan is-settur ikun jista’ jkompli jikber b’mod serju, trasparenti u sostenibbli.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow