Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR Tittella’ diskussjoni dwar ir-regolamenti l-ġodda tal-ugwaljanza fil-pagi: Pass importanti lejn trasparenza u ġustizzja fuq il-post tax-xogħol

pr261156
Date Icon 10/07/2026

Il-Ministru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur Keith Azzopardi Tanti indirizza Business Breakfast organizzat minn Mamo TCV Advocates dwar ir-regolamenti l-ġodda tal-ugwaljanza fil-pagi. Il-Business Breakfast laqqa' flimkien policymakers, avukati u partijiet ikkonċernati fejn ġiet diskussa l-implimentazzjoni fil-prattika ta' dawn ir-regolamenti l-ġodda f'Malta.

Ir-regolamenti l-ġodda daħlu fis-seħħ permezz ta' Avviż Legali f'Ġunju u permezz tagħhom Malta implimentat id-Direttiva tal-UE dwar it-Trasparenza fil-Pagi. Dawn ir-regolamenti jintroduċu drittijiet aktar ċari u trasparenti u japplikaw bl-istess mod kemm għas-settur pubbliku kif ukoll għal dak privat. Fost l-aktar bidliet sinifikanti, persuni li jkunu qed japplikaw għal impjieg issa għandhom id-dritt li jirċievu mal-ewwel informazzjoni dwar il-paga, filwaqt li dawk li jħaddmu ma jistgħux jistaqsu aktar dwar is-salarju preċedenti ta' applikant.

Fl-indirizz tiegħu, il-Ministru Keith Azzopardi Tanti saħaq fuq l-importanza ta' dawn ir-regolamenti għall-ugwaljanza u l-ġustizzja soċjali. “Ir-Regolamenti l-ġodda jsaħħu wkoll il-prinċipju li n-nisa u l-irġiel għandhom jirċievu paga ugwali għal xogħol ugwali, jew għal xogħol ta' valur ugwali. Id-dritt għal paga ugwali u t-trasparenza fuq il-post tax-xogħol mhumiex limitati għal xi settur partikolari, iżda japplikaw bl-istess mod kemm għal min iħaddem fis-settur privat u dak pubbliku, u dan jirrifletti t-twemmin tagħna li paga ġusta hija dritt għal kulħadd."

Il-Ministru Azzopardi Tanti  kompla jispjega li d-Dipartiment għar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg (DIER) qed ittella' wkoll sessjonijiet ta' informazzjoni u seminars mal-partijiet ikkonċernati kollha dwar ir-regolamenti l-ġodda. Huwa temm jgħid li l-Gvern impenjat li jiżgura li l-implimentazzjoni ta' dawn ir-regolamenti tkun waħda effettiva u twassal għal bidla pożittiva fuq il-postijiet tax-xogħol.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR Tittella’ diskussjoni dwar ir-regolamenti l-ġodda tal-ugwaljanza fil-pagi: Pass importanti lejn trasparenza u ġustizzja fuq il-post tax-xogħol
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR Tittella’ diskussjoni dwar ir-regolamenti l-ġodda tal-ugwaljanza fil-pagi: Pass importanti lejn trasparenza u ġustizzja fuq il-post tax-xogħol
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR Tittella’ diskussjoni dwar ir-regolamenti l-ġodda tal-ugwaljanza fil-pagi: Pass importanti lejn trasparenza u ġustizzja fuq il-post tax-xogħol
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow