Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Żewġ medjaturi ġodda ppreżentati biċ-ċertifikat ta' akkreditazzjoni

PR261154
Date Icon 10/07/2026


Żewġ medjaturi ġodda, Dr Sharon Camilleri Magro u Dr Stephan Piazza, ingħataw iċ-ċertifikat ta' akkreditazzjoni wara li ssodisfaw b'suċċess ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Att dwar il-Medjazzjoni u wrew il-kompetenza professjonali meħtieġa biex jipprattikaw bħala medjaturi f'Malta. Iċ-ċertifikat ta' akkreditazzjoni ġew ippreżentati mill-Ministru għall-Ġustizzja, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, Clifton Grima, waqt laqgħa li saret fil-Berġa ta' Aragona.

Matul il-laqgħa l-Ministru Grima feraħ liż-żewġ medjaturi l-ġodda u saħaq dwar ir-rwol importanti tal-medjazzjoni fit-tisħiħ tal-aċċess għall-ġustizzja billi din toffri mezz effettiv u volontarju ta' soluzzjoni tat-tilwim għal individwi, familji u negozji. Huwa nnota li l-medjazzjoni tikkumplimenta l-proċeduri ġudizzjarji billi tħeġġeġ id-djalogu, il-koperazzjoni u soluzzjonijiet miftiehma bejn il-partijiet, filwaqt li tnaqqas id-dewmien għas-soluzzjonijiet, l-ispejjeż u l-piż emozzjonali assoċjat mal-litigazzjoni.

Il-Ministru Grima saħaq dwar l-impenn tal-Gvern biex ikompli jsaħħaħ il-qafas tal-medjazzjoni f'Malta permezz ta' investiment kontinwu fis-settur, il-promozzjoni ta' standards professjonali għoljin u inizjattivi li jsaħħu l-għarfien pubbliku dwar is-servizzi ta' medjazzjoni. Huwa sostna li dawn l-isforzi huma parti mill-viżjoni usa' tal-Gvern biex jimmodernizza l-amministrazzjoni tal-ġustizzja billi jagħmel is-soluzzjoni tat-tilwim aktar aċċessibbli, effiċjenti u ċċentrata fuq iċ-ċittadin.

Iċ-Ċentru tal-Medjazzjoni ta' Malta, stabbilit taħt l-Att dwar il-Medjazzjoni, jipprovdi forum strutturat li permezz tagħhom il-partijiet involuti f'tilwim ċivili, kummerċjali, familjari u industrijali jistgħu, fuq bażi volontarja jew permezz ta' riferiment mill-Qorti jew minn awtorità kompetenti oħra, ifittxu li jsolvu t-tilwim tagħhom permezz tal-medjazzjoni. Medjaturi akkreditati jaġixxu bħala faċilitaturi indipendenti u imparzjali, li jgħinu lill-partijiet jaslu għal ftehim volontarju u miftiehem, mingħajr ma jimponu deċiżjonijiet fuqhom.

Iż-żieda ta' dawn iż-żewġ medjaturi ġodda twassal biex in-numru ta' medjaturi rreġistrati maċ-Ċentru tal-Medjazzjoni ta' Malta jilħaq is-56. Dawn il-medjaturi ġejjin minn varjetà ta' oqsma professjonali u jikkontribwixxu kompetenza speċjalizzata f'diversi setturi, u b'hekk ikomplu jsaħħu l-kapaċità taċ-Ċentru biex jipprovdi servizzi ta' medjazzjoni ta' kwalità għolja u jappoġġja t-tkabbir kontinwu tas-soluzzjoni alternattiva tat-tilwim f'Malta.

Għall-għoti taċ-ċertifikat ta' akkreditazzjoni attendew ukoll is-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru għall-Ġustizzja, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, Johan Galea, u r-Reġistratur taċ-Ċentru tal-Medjazzjoni ta' Malta, Demelsa Gauci.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Żewġ medjaturi ġodda ppreżentati biċ-ċertifikat ta' akkreditazzjoni
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Żewġ medjaturi ġodda ppreżentati biċ-ċertifikat ta' akkreditazzjoni
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Żewġ medjaturi ġodda ppreżentati biċ-ċertifikat ta' akkreditazzjoni
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow