Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Komunitajiet dejjem aktar siguri biż-żamma tal-ordni – il-Prim Ministru Robert Abela jżur l-iskwadra tal-Pulizija speċjalizzata għal Paceville

PR261153
Date Icon 10/07/2026


Il-Prim Ministru Robert Abela akkumpanjat mill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Glenn Bedingfield u mill-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafà, żar l-iskwadra tal-Pulizija ddedikata għal Paceville, fejn iltaqa' ma' uffiċjali tal-Korp tal-Pulizija li ta' kuljum jaħdmu biex isaħħu l-preżenza, ż-żamma tal-ordni pubblika u s-sigurtà f'żoni l-aktar ta' sfida, b'mod partikolari matul ix-xhur tas-sajf.

Il-Prim Ministru Robert Abela saħaq li l-Gvern se jibqa' jinvesti f'aktar preżenza, riżorsi meħtieġa sabiex Malta tibqa' pajjiż sigur. Qal li mill-esperjenzi tal-Maltin u l-Għawdxin irridu nkomplu naraw li f'pajjiżna kulħadd għandu jgħix f'rispett lejn xulxin u biż-żamma tal-bon ordni. Spjega li t-turisti li jżuru Malta għandhom igawdu s-sabiħ ta' pajjiżna u jirreċiprokaw rispett lejn iċ-ċittadini Maltin u rrimarka li xogħol din l-iskwadra hu wieħed importanti f'dan l-aspett. Dr Abela rrimarka li din miżura oħra mwettqa fil-programm ta' ħidma tal-Gvern u rringrazzja lill-uffiċjali f'din l-iskwadra li qed jaqdu funzjoni kruċjali favur komunitajiet dejjem aktar siguri.

Din l-iskwadra bdiet taħdem uffiċjalment minn Mejju u tikkonsisti minn tlieta u għoxrin kuntistabbli u tmien surġenti, jiġifieri wieħed u tletin uffiċċjal b'kollox. L-għan ewlieni tal-iskwadra huwa li tiżgura s-sigurtà fl-inħawi u ta' kull min jgħix jew iżur iż-żona billi tuża metodi ta' policing aktar moderni u adattati għal lokal. Biex isir dan, il-korp jaħdem id f'id ma' entitajiet oħra bħall-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (l-MTA), it-Towncentre Management, kif ukoll ma' dipartimenti oħra tal-Korp tal-Pulizija bħas-sezzjoni tal-immigrazzjoni u dik ta' kontra d-droga.

Din il-ħidma tikkumplimenta bi sħiħ ix-xogħol li qed jitwettaq mill-Pulizija tal-Komunità f'diversi lokalitajiet madwar il-pajjiż fosthom is-Swieqi, San Ġiljan, il-Gżira, Buġibba u żoni oħra fejn jiżdied il-moviment ta' residenti, turisti u negozji. Il-ħidma ta' dawn l-uffiċjali tinkludi patrols, prevenzjoni ta' mġiba anti-soċjali, infurzar, spezzjonijiet f'negozji u kuntatt dirett mar-residenti u s-sidien tal-istabbilimenti.

Matul iż-żjara saret ukoll referenza għall-Avviż Legali ippubblikat din il-ġimgħa li introduċa ħlas immedjat ta' multi fuq il-post għal persuni li mhumiex residenti f'Malta, b'rabta ma' reati minuri u kontravenzjonijiet. Din il-miżura ssaħħaħ l-infurzar u tindirizza każijiet fejn multi ma kinux jitħallsu, filwaqt li tħares id-dritt ta' kull persuna li tikkontesta l-multa skont il-liġi.

Ritratti: OPM

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Komunitajiet dejjem aktar siguri biż-żamma tal-ordni – il-Prim Ministru Robert Abela jżur l-iskwadra tal-Pulizija speċjalizzata għal Paceville
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Komunitajiet dejjem aktar siguri biż-żamma tal-ordni – il-Prim Ministru Robert Abela jżur l-iskwadra tal-Pulizija speċjalizzata għal Paceville
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Komunitajiet dejjem aktar siguri biż-żamma tal-ordni – il-Prim Ministru Robert Abela jżur l-iskwadra tal-Pulizija speċjalizzata għal Paceville
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow