AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL
Skont il-Kap 649 tal-Att dwar l-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel, u f’konformità mar-rwol tal-Awtorità li tassigura t-trasparenza u l-għarfien pubbliku dwar kwistjonijiet relatati mas-sigurtà tal-ikel, l-Awtorità qed tinforma lill-pubbliku bl-informazzjoni li rċeviet permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, (RASFF).
It-twissija tiddikjara li l-prodott imsemmi m’għandux jiġi kkunsmat minħabba l-possibbiltà ta’ taħsir tal-prodott.
| Ditta: | Deskrizzjoni tal-prodott: | Data tad-durabbiltà: | Piż: | Image: |
| Yopokki | Rice cake Cup Cheese Flavour | 18/12/2026 | 120g | |
| Yopokki | Rice cake Cup Sweet and Spicy Flavour | 16/12/2026 | 140g | |
| Yopokki | Rice cake Cup Jjajang | 13/01/2027 | 120g | |
| Yopokki | Rice cake & Ramen Cup Hot and Spicy | 13/12/2026; 13/01/2027 | 145g | |
| Oriġini: | Il-Korea |
Il-konsumatur m’għandux jikkonsma dan il-prodott u huwa mitlub jew jarmi l-prodott indikat jew jirritornah lura minn fejn xtrah.
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lill-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel fuq in-numru tat-telefown +356 26025000, mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8:00 ta’ filgħodu u t-3:00 ta’ wara nofsinhar, jew jibgħat email fuq l-indirizz info.fssa@gov.mt.
Other Press Releases:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922