Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA Ippubblikat ktieb immirat biex jagħti sapport lil tfal f’kura alternattiva

PR261147
Date Icon 09/07/2026

Il-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS) ippubblikat ktieb għat-tfal bl-isem ta’ ‘Kannella’, miktub minn Angie Farrugia Ellul, kap fi ħdan id-Direttorat għall-Kura Alternattiva. Dan il-ktieb huwa ntiż sabiex joħloq aktar għarfien u jibgħat messaġġi pożittivi lit-tfal li jesperjenzaw kura alternattiva. 

L-istorja ssegwi l-vjaġġ ta’ Kannella minn esperjenzi ta’ telf, bidla u fejqan, u se tgħin lit-tfal f’kura alternattiva jifhmu aħjar l-emozzjonijiet diffiċli, filwaqt li tiġi enfasizzata l-importanza tal-empatija, l-appoġġ u s-sens ta’ appartenenza. 

Għat-tnedija tal-ktieb kien hemm preżenti wkoll il-Ministru għall-Politika Soċjali u l-Familja, Michael Falzon li tkellem dwar kif dan il-qasam jingħata importanza kbira mill-Gvern sabiex kull tifel u tifla jgawdu mill-istess opportunitajiet. Huwa faħħar lid-Direttorat għall-ħidma tiegħu u li ttieħdet din l-inizjattiva biex jiġi ppubblikat dan il-ktieb. Ħabbar li l-qligħ minn dan il-ktieb ser imur għal tfal li bħalissa qed jgħixu fid-djar residenzjali tal-Kura Alternattiva.

Waqt it-tnedija ssemma’ wkoll kif it-trobbija tat-tfal hija meqjusa bħala waħda mill-aktar fażijiet sensittivi u importanti tal-ħajja u hija fażi li tħalli impatt estensiv fuq il-kumplament tal-iżvilupp personali ta’ dik il-persuna. Permezz tad-Direttorat tal-Kura Alternattiva, f’każijiet fejn it-tfal ma jkunux jistgħu jibqgħu jgħixu mal-ġenituri bijoloġiċi tagħhom għal diversi raġunijiet, jingħataw ambjent alternattiv u sigur, imħabba u trobbija xierqa. 

Madanakollu, minkejja l-ambjent adattat li jmorru jgħixu fih, ħafna drabi dawn it-tfal jaffaċċjaw emozzjonijiet diversi, mistoqsijiet u ħsibijiet dwar il-futur tagħhom. Għaldaqstant dan il-ktieb ser ikun qed jgħin f’dan ir-rigward.

L-awtriċi tal-ktieb u l-Kap tad-Direttorat tal-Kura Alternattiva, Angie Farrugia Ellul, spjegat kif din l-istorja ħelwa u terapewtika tesplora t-trawma fit-tfulija, in-niket u l-qawwa tal-fejqan li joħroġ mill-empatija u mis-sens li tappartjeni. L-istorja hija mmirata lejn tfal ta’ 7 snin ’il fuq, tgħin lit-tfal żgħar u lill-ġenituri jew lill-kustodji tagħhom jagħtu tifsira lill-emozzjonijiet sabiex isibu t-tama wara t-telfa.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA Ippubblikat ktieb immirat biex jagħti sapport lil tfal f’kura alternattiva
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA Ippubblikat ktieb immirat biex jagħti sapport lil tfal f’kura alternattiva
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA Ippubblikat ktieb immirat biex jagħti sapport lil tfal f’kura alternattiva
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow