STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA Follow-up Audit Reports, 2026 - Pubblikazzjoni maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika
Għall-għaxar sena konsekuttiva, l-Awditur Ġenerali, is-Sur Charles Deguara, ippreżenta lill-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati, Carmelo Abela, l-ewwel volum b'ġabra ta' tmien rapporti ta' segwitu għas-sena 2026.
L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika (NAO) għal darb'oħra analizza l-verifiki ta' natura Finanzjarja u ta' Konformità li saru fl-aħħar snin, bl-iskop li jevalwa jekk ir-rakkomandazzjonijiet prinċipali rispettivi ġewx implimentati. Naturalment, kif inhu mistenni, kull istituzzjoni nazzjonali tal-verifika għandha jkollha mekkaniżmu li jassigura li r-rakkomandazzjonijiet jitwettqu fi żmien raġonevoli, sabiex dan jikkontribwixxi għat-tisħiħ fil-governanza tajba fis-settur pubbliku kollu.
Fl-evalwazzjoni li saret din is-sena nstab li numru sinifikanti tar-rakkomandazzjonijiet li ġew analizzati minn dan l-Uffiċċju kienu indirizzati b'mod sħiħ, parzjalment, jew qegħdin fil-proċess li jiġu mwettqa mill-entitajiet konċernati. Ir-Rapport juri wkoll ir-rata ta' progress tar-rakkomandazzjonijiet implimentati għal kull wieħed mit-tmien verifiki li ġew analizzati, li kienu:
- Servizz.gov
- L-Aġenzija għar-Reġistrazzjoni tal-Artijiet
- Benefiċċji għal Terminu Qasir
- Il-Fond għall-Iżvilupp Nazzjonali u Soċjali
- Programm ta' wara l-ħin tal-Iskola, SkolaSajf u Klabb 3-16
- Ċertifikat dwar ir-Rendiment tal-Enerġija
- L-Isptar Mater Dei – Ġestjoni tal-Faċilitajiet ta' Tagħmir mhux Mediku
- Is-Servizzi tas-Saħħa Mentali
Din il-pubblikazzjoni hi aċċessibbli minn fuq is-sit uffiċjali tal-NAO nao.gov.mt jew mill-paġna tal-Facebook tal-Uffiċċju www.facebook.com/NAOMalta.
Other Press Releases:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922