Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Investiment ta’ aktar minn €760,000 f’xogħlijiet ta’ tisbiħ fi 11-il blokka ta’ appartamenti tal-Housing f’Ta’ Xbiex

pr261129
Date Icon 06/07/2026

Il-Ministru għall-Akkomodazzjoni u l-Artijiet Owen Bonnici ħabbar investiment ta’ €762,021 f’xogħlijiet ta’ tisbiħ fi 11-il blokka ta’ appartamenti tal-Housing f’Ta’ Xbiex, li minnhom se jibbenefikaw 91 familja.

Ix-xogħlijiet bdew fi Frar li għadda u mistennija jitlestew sal-aħħar ta' din is-sena. 

Waqt żjara fuq il-post il-Ministru Bonnici  qal li dan l-investiment juri l-impenn tal-Gvern biex itejjeb il-kwalità tal-ħajja tar-residenti tal-Housing Estates u jżomm il-binjiet residenzjali f’kundizzjoni tajba. 

Il-Ministru Bonnici sostna li dawn ix-xogħlijiet mhux biss isaħħu l-aspett estetiku tal-lokalità, iżda wkoll jikkontribwixxu għal ambjent aktar sigur u sostenibbli għall-familji li jgħixu f’dawn l-apartamenti.

Permezz ta’ programm iddedikat għal titjib u manutenzjoni ta’ Housing Estates, qed isiru xogħlijiet estensivi fuq il-faċċati, il-bjut u l-partijiet komuni tal-blokok residenzjali, bil-għan li jitjieb l-istat tal-binjiet u l-kwalità tal-ħajja tar-residenti.

Fost ix-xogħlijiet li qed isiru f’dawn il-Blokok f’Ta’ Xbiex hemm l-invjar u t-tindif tal-ġebel fil-faċċati, il-ftuħ tal-fili u t-tikħil, it-tiswija tal-konkos tal-gallariji, iż-żebgħa u t-tikħil, kif ukoll l-installazzjoni ta’ vent covers. Fuq il-bjut se jsir tindif ġenerali, applikazzjoni ta’ liquid membrane, tikħil u żebgħa tal-opramorti u tat-tromba tat-taraġ minn barra, organizzazzjoni tat-tankijiet tal-ilma u l-pajpijiet, kif ukoll it-tneħħija tal-asbestos fejn meħtieġ. Il-partijiet komuni se jibbenefikaw minn tikħil u żebgħa tal-ħitan u s-soqfa interni, żebgħa tar-railings tat-taraġ, tiswija jew titjib tas-sistema tad-dawl, installazzjoni ta’ intercoms ġodda fejn ikun hemm bżonn, sostituzzjoni tal-meter cupboards tal-injam b’oħrajn tal-aluminium, xogħlijiet fuq il-madum u l-irħam, kif ukoll tibdil tal-aperturi tal-komun.

Għal din iż-żjara kienu preżenti wkoll is-Segretarju Permanenti Ramon Deguara, il-Kap Eżekuttiv tal-Housing Projects Solutions Marisa Marmara, iċ-Ċermen tal-Awtorità tad-Djar Robert Ducker, u s-Segretarju Eżekuttiv tal-Kunsill Lokali ta’ Ta’ Xbiex Simeon Nechev.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Investiment ta’ aktar minn €760,000 f’xogħlijiet ta’ tisbiħ fi 11-il blokka ta’ appartamenti tal-Housing f’Ta’ Xbiex
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Investiment ta’ aktar minn €760,000 f’xogħlijiet ta’ tisbiħ fi 11-il blokka ta’ appartamenti tal-Housing f’Ta’ Xbiex
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Investiment ta’ aktar minn €760,000 f’xogħlijiet ta’ tisbiħ fi 11-il blokka ta’ appartamenti tal-Housing f’Ta’ Xbiex
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow