Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT 30 parteċipant minn 16-il pajjiż jingħaqdu f’Malta għas-sessjoni prattika tal-Judo

PR261122
Date Icon 03/07/2026

IJF Academy fil-Judo b'sessjoni prattika tal-Judo għad-Difiża Personali

Malta kompliet tikkonsolida r-rwol tagħha bħala ċentru internazzjonali għall-edukazzjoni fl-isport hekk kif laqgħet is-sessjoni prattika tal-kors Judo for Self Defence Instructor, organizzat mill-IJF Academy Foundation. Is-sessjoni, li qed issir bejn it-2 u l-4 ta' Lulju fil-Malta Judo Academy f'Pembroke, tiġbor flimkien 30 parteċipant minn 16-il pajjiż differenti sabiex ikomplu jiżviluppaw il-ħiliet u l-kompetenzi tagħhom fil-qasam tal-Judo għad-difiża personali. Din hija l-147 sessjoni prattika organizzata mill-IJF Academy Foundation sa mill-2013, fatt li jkompli jikkonferma t-tkabbir u l-firxa internazzjonali tal-programmi edukattivi tagħha.

Għall-ftuħ tas-sessjoni attenda l-Ministru għall-Edukazzjoni u l-Isport, Byron Camilleri, li ltaqa' mal-parteċipanti u enfasizza l-importanza tal-edukazzjoni u l-isport bħala żewġ pilastri ewlenin għall-iżvilupp tal-individwu u tas-soċjetà.

“L-edukazzjoni u l-isport jimxu id f'id. Permezz ta' inizjattivi internazzjonali bħal din qed noħolqu aktar opportunitajiet biex jissaħħu l-ħiliet, jiġi promoss l-iskambju ta' għarfien u Malta tkompli ssaħħaħ ir-rwol tagħha bħala ċentru internazzjonali għall-edukazzjoni u t-taħriġ fl-isport," qal il-Ministru Camilleri.

Il-President tal-Malta Judo Federation u Chair tal-IJF Academy Foundation, Envic Galea, laqa' lill-parteċipanti u sostna li din is-sessjoni tkompli tikkonferma r-rwol ta' Malta bħala ċentru akkademiku għall-Judo, filwaqt li tenfasizza l-importanza tal-edukazzjoni u l-iżvilupp professjonali fi ħdan l-isport.

Min-naħa tagħha, is-Segretarju Ġenerali tal-International Judo Federation, Dr Lisa Allan, enfasizzat il-valur tal-kors Judo for Self Defence Instructor, li jippromwovi l-Judo mhux biss bħala dixxiplina sportiva, iżda wkoll bħala għodda għall-edukazzjoni, id-difiża personali, id-dixxiplina u l-iżvilupp personali.

L-IJF Academy Foundation hija l-unika istituzzjoni ta' edukazzjoni għolja marbuta ma' federazzjoni Olimpika internazzjonali u hija rikonoxxuta mill-Awtorità ta' Malta għall-Edukazzjoni Avvanzata u Għolja (MFHEA). Sa mit-tnedija tagħha, aktar minn 4,000 student minn 170 pajjiż madwar ħames kontinenti ggradwaw mill-programmi tagħha, u b'hekk tkompli tissaħħaħ il-pożizzjoni ta' Malta bħala ċentru internazzjonali għall-edukazzjoni sportiva.

Matul il-jiem li ġejjin, il-parteċipanti se jkomplu s-sessjonijiet prattiċi tagħhom taħt il-gwida ta' tliet esperti ta' fama internazzjonali – l-ex Champions tad-Dinja Florin Daniel Lascau mir-Rumanija u Daniela Krukower mill-Arġentina,  u Tina Trstenjak mis-Slovenja li rebħet il-medalja tad-deheb fil-Logħob Olimpiku ta' Rio de Janeiro fl-2016 u l-medalja tal-fidda f'Tokjo fl-2020 – li se jaqsmu l-esperjenza u l-kompetenzi tagħhom mal-parteċipanti, bil-għan li jkomplu jiżviluppaw il-ġenerazzjoni li jmiss ta' istrutturi tal-Judo għad-Difiża Personali.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT 30 parteċipant minn 16-il pajjiż jingħaqdu f’Malta għas-sessjoni prattika tal-Judo
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT 30 parteċipant minn 16-il pajjiż jingħaqdu f’Malta għas-sessjoni prattika tal-Judo
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow