Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Sal-ewwel nofs ta' din is-sena, l-Aġenzija għar-Riġenerazzjoni taż-Żoni Turistiċi wettqet riġenerazzjoni fi 19-il lokalità

PR261121
Date Icon 03/07/2026


L-Aġenzija għar-Riġenerazzjoni taż-Żoni Turistiċi wettqet xogħlijiet ta' manutenzjoni, tisbiħ u riġenerazzjoni fi 19-il lokalità differenti madwar Malta matul l-ewwel sitt xhur tal-2026, li inkludew 14-il ġnien, spazju rikreattiv u playing field.

Dan tħabbar waqt żjara li l-Ministru għall-Gvern Lokali u x-Xogħlijiet Pubbliċi, Alison Zerafa Civelli, għamlet fi Ġnien iċ-Ċrieki fiż-Żejtun, wieħed mis-siti li bbenefikaw minn dawn l-interventi, tant li x-xogħlijiet ta' tisbiħ issa jinsabu fl-aħħar fażijiet.

Bejn Jannar u Ġunju 2026, l-Aġenzija għar-Riġenerazzjoni taż-Żoni Turistiċi intensifikat il-ħidma tagħha favur il-komunitajiet lokali, fejn fost l-ispazji miftuħa li bbenefikaw minn dawn l-interventi hemm Ġnien l-Imtarfa fl-Imtarfa, Pjazza Meme Scicluna u Misraħ Turu Colombo fil-Gżira, il-Recreational Garden f'Ħal Lija, Ġnien iċ-Ċiniżi f'Santa Luċija, Ġnien Duminku Mintoff u Ġnien Triq il-Melita f'Raħal Ġdid, Ġnien Fleur de Lys f'Birkirkara, Ġnien Kunsill Lokali 2000 f'Ħal Tarxien, Ġnien Anton Debono f'Ħaż-Żebbuġ, Ġnien Bertu u San Tumas f'San Pawl il-Baħar, Ġnien l-Indipendenza f'Tas-Sliema u Ġnien Joseph A. Stellini f'Ħal Balzan.

Il-Ministru Alison Zerafa Civelli qalet li dawn il-proġetti huma xhieda tal-impenn tal-Gvern li jkompli jinvesti fil-komunitajiet lokali u fl-ispazji pubbliċi li jintużaw kuljum mill-familji Maltin u Għawdxin.

“Huwa permezz ta' investimenti bħal dawn li qed nagħtu lura lill-komunitajiet tagħna spazji ta' kwalità fejn il-familji, it-tfal u l-anzjani jistgħu jqattgħu l-ħin tagħhom f'ambjent aktar sigur, nadif u attraenti", sostniet il-Ministru Zerafa Civelli. Waqt li rringrazzjat lill-ħaddiema ta din l-Aġenzija, il-Ministru spjegat li l-ħidma tagħhom hija parti mill-viżjoni tal-Gvern li tkompli ssaħħaħ il-qalba tal-lokalitajiet tagħna u ttejjeb il-kwalità tal-ħajja tan-nies.

Min-naħa tiegħu, il-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija għar-Riġenerazzjoni taż-Żoni Turistiċi Dennis Vella, spjega li din l-Aġenzija ilha għal dawn l-aħħar ġimgħat tagħmel xogħlijiet fi Ġnien iċ-Ċrieki fiż-Żejtun, xogħlijiet li qed isir b'kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali taż-Żejtun. Huwa spjega li x-xogħlijiet jikkonsistu f'tiswijiet ta' ħitan, kisi u żebgħa. Saru wkoll tiswijiet fuq l-art u numru ta' bankijiet.

Preżenti kien hemm ukoll is-Sindku taż-Żejtun Joan Agius li spjegat li tisbiħ ta' dan il-ġnien huwa parti minn xogħlijiet oħra li l-Kunsill Lokali u l-Aġenzija qed jaħdmu fuqhom biex il-komunità lokali jkollha spazju miftuħ aktar akkoljenti għat-tgawdija mill-familji li jżuru dawn il postijiet rikreattivi.

Minbarra l-manutenzjoni tal-ispazji pubbliċi, l-Aġenzija kompliet tagħti appoġġ dirett lill-komunitajiet permezz tas-servizz ta' trasport, armar u żarmar tal-istalls użati waqt attivitajiet soċjali u kulturali. Matul l-istess perjodu, dawn is-servizzi ngħataw f'33 lokalità differenti madwar il-pajjiż. Iċ-ċifri juru l-firxa tal-interventi mwettqa mill-Aġenzija bejn Jannar u Mejju 2026, fejn saru xogħlijiet fuq 341 bank, 28 arblu tad-dawl, 27 planter, aktar minn 9,200 metru ta' elementi ta' tisbiħ urban, aktar minn 2,100 metru ta' railings, kif ukoll manutenzjoni fuq 98 struttura oħra relatata ma' sinjali, mirja, bollards u bins. Barra minn hekk, ġew ipprovduti 653 bankarelli li jintużaw għal attivitajiet soċjali organizzati minn kunsilli lokali u għaqdiet fil-komunità.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Sal-ewwel nofs ta' din is-sena, l-Aġenzija għar-Riġenerazzjoni taż-Żoni Turistiċi wettqet riġenerazzjoni fi 19-il lokalità
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Sal-ewwel nofs ta' din is-sena, l-Aġenzija għar-Riġenerazzjoni taż-Żoni Turistiċi wettqet riġenerazzjoni fi 19-il lokalità
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Sal-ewwel nofs ta' din is-sena, l-Aġenzija għar-Riġenerazzjoni taż-Żoni Turistiċi wettqet riġenerazzjoni fi 19-il lokalità
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow