Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER “Fejn hemm rispett lejn l-istituzzjonijiet, tissaħħaħ il-fiduċja fil-ħajja pubblika" – l-Ispeaker Carmelo Abela

PR261120
Date Icon 03/07/2026


“Fejn hemm rispett lejn l-istituzzjonijiet, tissaħħaħ il-fiduċja fil-ħajja pubblika," qal l-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati, Carmelo Abela, waqt żjara ta' korteżija li rċieva mill-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika, l-Imħallef Emeritu Joseph Azzopardi.

L-Ispeaker qal ukoll li kien pass pożittiv li l-politiċi stess daħħlu kummissarju li jagħmel sorveljanza fuqhom stess, sabiex l-istandards fil-ħajja pubblika jikbru u jissaħħu.

Matul il-laqgħa, l-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati enfasizza l-importanza li l-istituzzjonijiet pubbliċi jaqdu r-rwoli rispettivi tagħhom b'serjetà, b'indipendenza u b'rispett lejn il-liġi. Huwa qal li f'demokrazija parlamentari, il-fiduċja taċ-ċittadini tissaħħaħ meta kull istituzzjoni taħdem fil-qafas tas-setgħat tagħha u b'sens ċar ta' responsabbiltà lejn il-poplu.

L-Ispeaker Carmelo Abela rrimarka li l-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika għandu rwol importanti fil-qafas istituzzjonali tal-pajjiż, u li l-ħidma favur standards xierqa fil-ħajja pubblika għandha dejjem titmexxa b'għaqal, bilanċ u rispett lejn il-proċessi stabbiliti.

Min-naħa tiegħu, l-Imħallef Emeritu Azzopardi feraħ lill-Ispeaker għall-ħatra tiegħu u esprima l-impenn tal-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Istandards li jkompli jaqdi dmiru skont il-liġi u b'rispett lejn l-istituzzjonijiet demokratiċi tal-pajjiż.

Fi tmiem il-laqgħa, l-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati saħaq li l-ħajja pubblika tissaħħaħ mhux biss bil-ħidma tal-istituzzjonijiet, iżda wkoll bil-mod kif dawn jaħdmu flimkien b'rispett lejn ir-rwoli rispettivi tagħhom.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER “Fejn hemm rispett lejn l-istituzzjonijiet, tissaħħaħ il-fiduċja fil-ħajja pubblika" – l-Ispeaker Carmelo Abela
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER “Fejn hemm rispett lejn l-istituzzjonijiet, tissaħħaħ il-fiduċja fil-ħajja pubblika" – l-Ispeaker Carmelo Abela
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow