Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Mogħtija l-warrants lil 22 nutar ġdid

PR261110
Date Icon 01/07/2026

Il-Ministru għall-Ġustizzja, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima ppreżenta l-warrants lil 22 nutar ġdid wara li dawn urew il-kompetenza tagħhom li jeżerċitaw il-professjoni notarili. 

“Illum qegħdin hawn għal ċerimonja speċjali, mhux biss għalikom imma għas-soċjetà kollha. Qed tirċievu l-warrant wara snin ta’ dedikazzjoni, studju u sagrifiċċji, għaliex fl-aħħar snin rajna din il-professjoni tiżdied fl-importanza tagħha, imma wkoll żdiedet ir-responsabilità għalikom. Illum din il-professjoni tinħtieġ preparazzjoni akkademika, ġuridika u fiskali tajba u għalhekk illum qed naraw il-qofol tal-ħidma akkademika tagħkom,” qal il-Ministru Grima.

Il-Ministru Grima tkellem dwar it-teknoloġija li qed tittrasforma l-mod li d-dinja qed topera. “Nemmen fl-innovazzjoni f’dan is-settur għaliex in-nutar modern irid ikun effiċjenti, u jaħdem b’aġilità u b’viżjoni. Għalhekk ibqgħu aġġornati mal-liġijiet il-ġodda u s-sistemi diġitali. Kunu parti mill-bidla biex nagħtu servizz aħjar liċ-ċittadin”, qal il-Ministru Grima. Huwa rrefera wkoll għad-djalogu tajjeb li hemm mal-Kunsill Notarili, fosthom bil-għan li jitkompla it-tisħiħ tal-professjoni, kemm minn aspett infrastrutturali kif ukoll mill-att leġiżlattiv. 

Fil-messaġġ tiegħu, in-Nutar tal-Gvern Dr Keith German qal li bl-inklużjoni ta’ dawn in-nutara, in-numru ta’ nutara prattikanti f’pajjiżna huwa ta’ 399 li minnhom 257 huma nisa u 142 huma rġiel, filwaqt li n-numru ta’ nutara mis-sena 1465 sal-lum ilaħħaq madwar 1322 nutar.

Fid-diskors tagħha, il-President tal-Kunsill Nutarili Dr Graziella Agius Farrugia saħqet fuq l-importanza li n-nutara ġodda ma jmorrux lil hinn minn dak li hu permess fil-liġi minkejja dak li jistgħu jitolbu l-klijenti.

Preżenti għal din iċ-ċerimonja kien hemm ukoll is-Segretarju Permanenti tal-Ministeru Johan Galea u rappreżentanti tal-Kunsill Nutarili.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Mogħtija l-warrants lil 22 nutar ġdid
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Mogħtija l-warrants lil 22 nutar ġdid
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow