Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, L-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Edizzjoni speċjali tal-Valletta Local Food Festival fil-Belt Valletta

PR261107
Date Icon 01/07/2026

Il-Valletta Local Food Festival jirritorna b’edizzjoni speċjali mill-Ġimgħa 3 sal-Ħadd 5 ta’ Lulju 2026, u se jittrasforma Pjazza San Ġorġ, il-Belt Valletta fi tlett ijiem ta’ skoperta kulinari, prodotti lokali, u ċelebrazzjoni komunitarja.

Organizzata b’kollaborazzjoni bejn l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta u l-Malta Food Agency, din l-edizzjoni twiegħed li tkun aktar diversa u toffri varjetà aktar minn qatt qabel.

Il-Ministru għall-Kultura, Malcolm Paul Agius Galea, sostna li “bħala Gvern, nibqgħu nemmnu li l-kultura għandha tkun aċċessibbli għal kulħadd u li l-ispazji pubbliċi tagħna għandhom ikomplu jintużaw biex iqarrbu lin-nies lejn il-wirt, il-kreattività u l-identità tagħna. Dan il-festival huwa wkoll investiment fil-komunità, fil-kreattività u fl-ekonomija kulturali tagħna. Meta nappoġġjaw lill-produtturi lokali, inkunu qed nappoġġjaw familji, negozji żgħar u tradizzjonijiet li jagħmluna uniċi.”

Jason Micallef, iċ-Chairperson tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta, tenna: "Wara s-suċċess ta’ numru ta’ avvenimenti li ttellgħu fi Pjazza San Ġorġ fil-ġimgħat li għaddew,  din l-edizzjoni speċjali tal-Valletta Local Food Festival fil-Belt Valletta hija ċelebrazzjoni vera tal-identità Maltija filwaqt li tibni fuq ir-riġenerazzjoni ekonomika, soċjali u kulturali b’saħħita fil-Belt Valletta."

Il-Kap Eżekuttiv tal-Malta Food Agency, Brian Vella, spjega li "Dan il-festival huwa ċelebrazzjoni tal-ħidma ta’ dawk kollha li kuljum jaħdmu biex jipproduċu ikel ta’ kwalità. Il-produtturi tagħna huma fil-qalba tas-sistema tal-ikel Maltija, u bħala Malta Food Agency nibqgħu impenjati li noħolqu aktar opportunitajiet biex il-prodotti tagħhom jaslu għand il-konsumatur, filwaqt li nkomplu nsaħħu l-kompetittività, il-kwalità u l-valur miżjud tal-prodott Malti u Għawdxi. Il-Valletta Local Food Festival huwa eżempju konkret ta’ kif, flimkien mal-imsieħba tagħna, nistgħu nkomplu nagħtu viżibilità u rikonoxximent lill-aqwa prodotti Maltin u Għawdxin.”

Iċ-Chief Business Development Officer tal-Malta Food Agency, John Justin Camilleri, qal li "Il-Valletta Local Food Festival jirrifletti l-mod kif il-Malta Food Agency kompliet taħdem biex tibni kollaborazzjonijiet b’saħħithom bejn il-gvern, il-produttur, l-industrija u l-konsumatur. Fl-aħħar snin rajna kif il-ħidma konġunta twassal għal inizjattivi b’impatt akbar u b’benefiċċji konkreti u tanġibbli kemm għas-settur tal-ikel kif ukoll għall-komunità. Dan il-festival huwa eżempju ċar ta’ kif, meta naħdmu flimkien u nallinjaw l-isforzi tagħna, inkunu nistgħu noħolqu inizjattivi li jsaħħu r-relazzjonijiet bejn il-partijiet kollha involuti, iqarrbu aktar lill-komunitajiet lejn il-produzzjoni lokali u jkomplu jrawmu kultura ta’ koperazzjoni li twassal għal riżultati fit-tul."

Il-Valletta Local Food Festival ta’ din is-sena jgħaqqad flimkien aktar minn 25 produttur lokali, kok, u artiġjan tal-ikel, li jippreżentaw firxa abbundanti ta’ ikel u xorb awtentiku Malti. 

Il-Valletta Local Food Festival 2026 huwa bla ħlas u miftuħ għal kulħadd, u joffri opportunità li mhux ta’ min titlef biex tesperjenza r-rikkezza tal-kultura tal-ikel Malti.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, L-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Edizzjoni speċjali tal-Valletta Local Food Festival fil-Belt Valletta
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, L-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Edizzjoni speċjali tal-Valletta Local Food Festival fil-Belt Valletta
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, L-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Edizzjoni speċjali tal-Valletta Local Food Festival fil-Belt Valletta
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow