Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER “L-Uffiċċju tal-Ombudsman jibqa’ pilastru ta’ fiduċja bejn iċ-ċittadin u l-Istat” – l-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati

pr261103
Date Icon 30/06/2026

L-Ombudsman, l-Imħallef Emeritu Joseph Zammit McKeon, għamel l-ewwel żjara ta’ korteżija lill-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Carmelo Abela.

Matul il-laqgħa, l-Ispeaker esprima l-apprezzament tiegħu għall-ħidma mwettqa mill-Uffiċċju tal-Ombudsman favur amministrazzjoni pubblika aktar ġusta, responsabbli u miftuħa għall-ilment taċ-ċittadin. 

L-Ispeaker saħaq li, bħala uffiċċju parlamentari, l-Uffiċċju tal-Ombudsman jibqa’ pilastru ta’ fiduċja bejn iċ-ċittadin u l-Istat, għaliex jagħti widen lil min iħoss li ma ngħatax smigħ ġust, u jfakkar lill-amministrazzjoni pubblika li kull deċiżjoni għandha impatt dirett fuq il-ħajja tan-nies, filwaqt li sostna lli l-Parlament għandu jibqa’ jagħti l-għarfien u r-rispett xieraq lil istituzzjonijiet bħal dawn, li jsaħħu l-kontabbiltà pubblika u l-fiduċja demokratika b’serjetà, imparzjalità u sens ta’ servizz.

L-Ispeaker awgura lill-Ombudsman aktar ħidma siewja fil-qadi ta’ dmirijietu, filwaqt li tenna l-impenn tiegħu li jkompli jħares ir-rabta istituzzjonali bejn il-Parlament u l-Uffiċċju tal-Ombudsman b’rispett u responsabbiltà.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER “L-Uffiċċju tal-Ombudsman jibqa’ pilastru ta’ fiduċja bejn iċ-ċittadin u l-Istat” – l-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER “L-Uffiċċju tal-Ombudsman jibqa’ pilastru ta’ fiduċja bejn iċ-ċittadin u l-Istat” – l-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow