Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-MOBBILTÀ SOSTENIBBLI Leonid McKay se jinħatar Kap Eżekuttiv ta’ Transport Malta, filwaqt li Dr Stephanie Bonello se tkun qed tmexxi l-implimentazzjoni tal-pjan Malta in Motion

pr261102
Date Icon 30/06/2026

Is-Sur Leonid McKay se jinħatar bħala l-Kap Eżekuttiv ta’ Transport Malta. Is-Sur McKay se jibda l-inkarigu tiegħu b’seħħ minn nhar il-Ġimgħa 3 ta' Lulju 2026.  Huwa se jkun qed jinħatar f’dan l-irwol wara li s-Sur Kurt Farrugia se jkun qed iservi f’kariga oħra ta’ tmexxija ta’ aġenzija tal-Gvern.

Is-Sur McKay għandu esperjenza ta’ tmexxija ta’ awtoritajiet pubbliċi u ħadem għal snin twal fis-settur soċjali. Fuq livell governattiv, fl-2018 huwa nħatar Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tad-Djar fejn ħadem biex saħħaħ is-servizzi mogħtija, filwaqt li tnedew numru ta’ skemi ġodda u bdew jitħaddmu riformi li kienu ilhom mistennija snin. B’mod partikulari tellaq proġetti kapitali fil-bini ta’ housing soċjali u riformi fil-liġijiet tal-kera li taw assistenza lil eluf ta persuni.

Fl-2022 kien nħatar bħala Chairman Eżekuttiv tal-ARUC, entita regolatorja bl-skop li tipprovdi qafas regolatorjau għal-użu responsabbli tal-kannabis. Fl-2024 serva wkoll bħala Kap Eżekuttiv ta’ Jobsplus fejn nieda il-pjan sabiex tinbena il-Labour Migration Policy.

McKay gradwa fis-Soċjoloġija u fil-politika soċjali f’livell ta’ Masters. Hu kien involut fl-attiviżmu soċjali. Ħadem għal tnax-il sena fi ħdan is-servizzi differenti ta’ Caritas Malta qabel ma nħatar Direttur fl-2014.

Fiż-żmien li ġej ser tkompli l-implimentazzjoni tal-pjan għat-trasport tal-massa integrat ‘Malta in Motion’, li se tkun qed titmexxa mill-Avukat Stephanie Bonello.

L-Avukat Stephanie Bonello gradwat mill-Università ta’ Malta b’Baċellerat fil-Liġi (bl-Unuri) fl-2017 u sussegwentement kisbet Masters fl-Avukatura fl-2018. Hija għandha aktar minn disa’ snin esperjenza fis-settur pubbliku u matul il-karriera tagħha okkupat diversi karigi fi ħdan Ministeri differenti fejn kienet parti minn riformi importanti fil-qasam tal-akkomodazzjoni affordabbli. Minn Jannar tal-2024 serviet bħala l-Kap tas-Segretarjat fil-Ministeru responsabbli mill-mobbiltà u ħadmet mill-qrib fuq il-pjan Malta in Motion.

Il-Ministru għall-Mobbiltà Sostenibbli Chris Bonett irringrazzja lil Kurt Farrugia tas-servizz u l-impenn tiegħu u awgura lil Leonid McKay u Stephanie Bonello. Il-Ministru sostna li qed iħares ’il quddiem lejn l-implimentazzjoni ta’ bidliet strateġiċi fil-qasam tal-mobbiltà sostenibbli f’pajjiżna, b’mod ewlieni l-pjan ‘Malta in Motion’. Dan filwaqt li nkomplu nikkonsolidaw is-suċċess fl-oqsma tal-avjazzjoni u l-marittimu.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-MOBBILTÀ SOSTENIBBLI Leonid McKay se jinħatar Kap Eżekuttiv ta’ Transport Malta, filwaqt li Dr Stephanie Bonello se tkun qed tmexxi l-implimentazzjoni tal-pjan Malta in Motion
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-MOBBILTÀ SOSTENIBBLI Leonid McKay se jinħatar Kap Eżekuttiv ta’ Transport Malta, filwaqt li Dr Stephanie Bonello se tkun qed tmexxi l-implimentazzjoni tal-pjan Malta in Motion
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow