Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Il-Plenarja tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali tiffoka fuq ir-residenti u l-komunitajiet

PR261099
Date Icon 30/06/2026


L-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali organizzat il-plenarja annwali tagħha bit-tema 'Reshape, Restructure, Realign', li laqqgħet flimkien sindki, presidenti tar-reġjuni u kunsilliera lokali minn Malta u Għawdex. Matul il-plenarja ġew diskussi u approvati numru ta' proposti maħsuba biex isaħħu l-gvern lokali, b'enfasi fuq inizjattivi li jistgħu jiġu implimentati direttament mis-settur tal-gvern lokali.

Il-proposti ġew diskussi f'ħames workshops tematiċi li ffukaw fuq it-taħriġ u l-iżvilupp tal-kapaċitajiet, it-trasparenza, il-parteċipazzjoni effettiva tar-residenti, l-użu tad-data fit-teħid tad-deċiżjonijiet u l-integrazzjoni diġitali, bil-għan li jitkompla jinbena gvern lokali aktar modern, effiċjenti u ċċentrat fuq ir-residenti.

Il-Ministru għall-Gvern Lokali u x-Xogħlijiet Pubbliċi Alison Zerafa Civelli, qalet li t-tema ta' din is-sena tirrifletti l-bidliet li qed jesperjenzaw il-komunitajiet u l-ħtieġa li l-gvern lokali jibqa' jevolvi. “Il-komunitajiet tagħna qed jinbidlu, l-isfidi qed jevolvu, u għalhekk il-mod kif naħdmu rridu nibqgħu naġġornawh biex inkomplu naqdu lir-residenti bl-aħjar mod possibbli," sostniet il-ministru.

Hija saħqet li l-kunsilli lokali jibqgħu l-ewwel punt ta' kuntatt bejn iċ-ċittadin u l-Istat, u għalhekk il-Gvern se jkompli jsaħħaħhom. “Il-viżjoni tagħna hija waħda ċara: nagħtu lill-kunsilli lokali l-għodod, ir-riżorsi u l-appoġġ meħtieġ biex ikunu jistgħu jwettqu r-responsabbiltajiet tagħhom b'mod aktar effiċjenti. Dan ifisser investiment fil-persuni, fit-teknoloġija u fil-proċessi li jagħmlu d-differenza," qalet il-ministru.

Min-naħa tiegħu, il-President tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali Mario Fava qal li, “L-approvazzjoni tal-proposti mressqa waqt il-plenarja turi d-determinazzjoni tagħhom li jimxu mill-kliem għall-azzjoni. Issa l-prijorità hija l-implimentazzjoni, b'enfasi fuq governanza lokali aktar b'saħħitha u ċċentrata fuq ir-residenti. 'Residents First' jibqa' l-prinċipju li jiggwida l-viżjoni għall-futur tal-gvern lokali f'Malta u Għawdex."

Ritratti (MLGP)

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Il-Plenarja tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali tiffoka fuq ir-residenti u l-komunitajiet
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Il-Plenarja tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali tiffoka fuq ir-residenti u l-komunitajiet
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Il-Plenarja tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali tiffoka fuq ir-residenti u l-komunitajiet
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow